It-team tan-nisa ta’ Birkirkara tela’ biex jilgħab fi Grupp 7 tal-ewwel round ta’ kwalifikażżjoni tal-UEFA Women’s Champions League 2022/2023 wara t-tlugħ tal-poloz li saru f’Nyon, fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA.
Iċ-champions Maltin se jkunu qed jilagħbu fl-Eweel Round li huwa l-ewwel minn żewġ rounds qabel il-fażi tal-gruppi ta’ 16-il team, li tibda f’Ottubru.
Wara li rebħu t-titlu Malti fl-istaġun li għadda, Birkirkara se jkunu involuti fit-triq taċ-champions li tikkonsisti f’żewġ stadji – semi-finali (18 ta’ Awwissu) u play-off finali/it-tielet post (21 ta’ Awwissu).
Birkirkara se jiffaċċjaw liċ-champions tal-Bożnija-Ħerzegovina SFK 2000 Sarajevo fis-semi-finali filwaqt li l-avversarji tagħhom fil-logħba ta’ wara se jkunu jew Olimpija Cluj tar-Rumanija jew Glentoran tal-Irlanda ta’ Fuq.