Monday, December 23, 2024

UCL tan-Nisa: Telfa kbira għal Birkirkara

Aqra wkoll

Iċ-champions tan-Nisa Birkirkara tilfu bl-iskor kbir ta’ 4-0 kontra SFK 2000 Sarajevo tal-Bosnja-Herzegovina fis-semi-finali ta’ Grupp 7 tal-UEFA Women’s Champions League fil-Cluj Arena fi Cluj-Napoca.

Minela Gacanica poġġiet liċ-champions tal-Bosnja u Ħerzegovina fil-vantaġġ fil-15-il minuta u ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Alisa Spahic irduppjat l-iskor. Gacanica reġgħet skorjat fid-69 minuta b’Alma Krajnić iżżid ieħor disa’ minuti mit-tmiem tal-partita.

Sarajevo, li stabbilixxew rekord ġdid għal kollox ta’ 20 dehra konsekuttiva fil-kompetizzjoni, issa se jiffaċċjaw lir-rebbieħ tal-konfront bejn Olimpia Cluj tar-Rumanija u Glentoran tal-Irlanda ta’ Fuq fil-finali filwaqt li Birkirkara jilagħbu kontra t-telliefa fil-partita għat-tielet post.

Il-coach ta’ Birkirkara Jose Borg inkluda tliet akkwisti ġodda fil-formazzjoni inizjali, jiġifieri l-midfielders Taljani Marta Grosso u Gaia Milan u l-attakkanta Kanadiża, Sofia Ioderosa.

Sarajavo: Envera Hasanbegovic, Gloria Sliskovic, Djula Velagic, Marija Milinkovic, Amira Spahic (Dalal Bratovic 91), Maja Jelcic, Alisa Spahic (Alma Krajnic 71), Minela Gacanica (Andrijana Trisic 83), Amela Krso, Ena Sabanagic (Alma Kameric 83), Dajana Spasojevic.

Birkirkara: Janice Xuereb, Gabriella Zahra (Ileana Farrugia 89), Ann-Marie Said, Stephania Farrugia, Marta Grosso, Gaia Milan, Tracy Teuma (Kim Parnis 71), Alishia Sultana (Ruth Steer Chetham 90), Sofia Iaderosa (Martina Fenech 60), Yasmeen-Marie Bajada, Charlene Zammit.

Referee: Oxana Cruc (Moldova)

Assistenti Referees: Ana Ciobotaru MDA, Nikol Safrankova (Repubblika Ċeka)

Ir-Raba’ Uffiċjal: Lucie Sulcova (Repubblika Ċeka)

Ekonomija

Sport