Wednesday, July 24, 2024

UCL: Tispikka Real Madrid v Manchester City

Aqra wkoll

Meta llum jibda jintlagħab l-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions Lea­gue, bla dubju, jispikka l-konfront bejn Real Madrid u Manchester City … it-team li l-aktar li rebaħ din il-kompetizzjoni kontra ċ-champions renjanti. 

Il-partita l-oħra tkun dik bejn Arsenal u Bayern Munich b’dawn tal-aħħar bħal donnhom ikkrollaw fl-aħħar parti tal-istaġun.

ARSENAL v BAYERN MUNICH

Din hi partita ferm interessanti bejn żewġ timi­jiet li qed ikollhom fortuni kuntrastużi partikolarment fil-kampjonat domestiku rispettiv. Fil-fatt, Arsenal għadhom fit-tiġrija għat-titlu Ingliż filwaqt li Bayern qatgħu kull tama li jistgħu jiddefendu t-titlu tal-Bundesliga li rebħu għal dawn l-aħħar 11-il sena.

Arsenal kellhom il-fażi tal-gruppi ferm pożittiva meta spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika ta’ Grupp B li kien jinkludi lil PSV, Lens u Sevilla. Fil-fażi tal-Aħħar 16, huma ffaċċjaw lil Porto u reb­ħulhom b’aggregate ta’ 2-1.

Mill-banda l-oħra, Bayern Munich iddominaw Grupp A meta spiċċaw ukoll fil-quċċata quddiem Copenhagen, Galatasaray u Manchester United. Biex waslu għall-fażi tal-aħħar tmienja, huma eliminaw lil Lazio b’aggregate ta’ 3-1.

Din għandha wkoll tkun logħba ferm interessanti bejn żewġ skorers prolifiċi, Harry Kane għal Bayern u Gabriel Jesus ta’ Arsenal.

Il-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta se jkollu jgħaddi mingħajr Buyako Saya u Jurrien Timber filwaqt li l-Bavarjani għandhom numru ta’ players neqsin fosthom Kingsley Coman, Leroy Sane, Manuel Neuer, Sacha Boey, Bouma Sarr, Tarek Buchmann u Gabriel Marusic.

REAL MADRID v MANCHESTER CITY

Dan hu konfront verament affaxxinanti bejn Real Madrid u Manchester City li min minnhom jikkwalifika għas-semi-finali jkun il-favorit li jgħolli t-tazza. 

Bla dubju, din il-partita hija aktar denja ta’ finali milli ta’ kwarti-finali. 

Fil-veritá, Manchester City m’għadhomx dak it-team li kien qed jiddomina l-kampjonat Ingliż hekk kif Arsenal u Liverpool ukoll qed jissieltu għar-rebħ tat-titlu. 

Peró, f’din il-mixja, huma ddominaw Grupp G tant li rebħu s-sitt logħbiet li lagħbu kontra RB Leipzig, Young Boys u Red Star Belgrade. Fil-fażi tal-Aħħar 16, it-team immexxi minn Pep Guardio­la elimina lil FC Copenhagen b’aggregate ta’ 6-2.

Min-naħa tagħhom, Real Madrid resqin lejn ir-rebħ ta’ kampjonat Spanjol ieħor. Huma baq­għu qawwa f’pajjiżhom u anke fl-Ewropa.

F’dan il-każ, anke l-Madrileni rebħu s-sitt logħbiet li lagħbu fi Grupp C li kien jinkludi lil Napoli, Sporting Braga u Union Berlin. Fil-fażi sussegwenti, huma eliminaw lil RB Leipzig b’aggregate ta’ 2-1. 

Din se tkun partita speċjali għall-coach, Carlo Ancelotti, li se tkun il-200 partita tiegħu f’din il-kompetizzjoni. 

Iżda huwa ma jistax jinkludi lil Daniel Ceballos u l-goalkeeper Thibaut Courtois. Min-naħa tiegħu, Pep Guardiola għandu barra lil Nathan Ake, Kyle Walker u Ederson … kollha iweġġgħin.

Ekonomija

Sport