Thursday, April 9, 2026

UCL: Vantaġġ doppju għal PSG u Atletico Madrid

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League, Pa­ris St-Germain u Atletico Mad­rid għamlu pass tajjeb lejn is-semi-finali. 

Paris SG v Liverpool – Paris St-Germain għelbu lil Liverpool bl-iskor ta’ 2-0 liema rebħa setgħet kienet akbar. 

Huwa kellhom bidu mill- aqwa meta fil-11-il mi­nuta fetħu l-iskor meta x-xutt ta’ Desire Doue ħabat ma’ sieq Ryan Gravenberch u qarraq għal kollox bil-goal­keeper, Giorgi Mamardashvili.

Fis-37 minuta, Mamardashvili kien providenzjali għar-Reds meta salva b’sie­qu t-tentattiv ta’ Doue li deher li seta’ jirdoppja. 

Tliet minuti wara, Florian Wirtz żmarka għal kollox lil Jeremie Frimpong iżda mill-viċin naqas li jikseb id-draw għal Liverpool.

Fit-tieni taqsima, il-Pa­riġini żiedu r-ritmu u fil-65 minuta, PSG irduppjaw meta Joao Neves għadda through pass lejn Khvicha Kvaratskhelia li avvanza, dar mal-goalkeeper Ma­mar­dashvili u bil-kalma kollha xeħet fix-xibka. 

Fit-72 minuta, il-Pariġini kellhom penalty ġustament imħassar permezz tal-VAR meta d-difensur Ibrahima Konate tajjar il-ballun qabel ma għamel kuntatt ma’ Warren Zai­re-Emery.  

Barcelona v Atletico M. – Barra minn darhom, Atletico Madrid għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 2-0. 

Wara biss seba’ minuti, At­letico Madrid kienu għod­dhom fetħu l-iskor  meta Julian Alvarez qabeż żewġ players iżda minn pożizzjoni ideali xxuttja ċen­trali.  

Fl-20 minuta, Barcelona ħasbu li fetħu l-iskor iżda l-goal ta’ Marcus Rashford ġied mħassar għal offside. 

Il-Katalani bnew pressjoni kontinwa iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja. 

U fit-43 minuta, kellhom lil Pau Cubarsi mkeċċi għal karta ħamra diretta għal foul barra l-kaxxa u mill-is­tess free-kick, Atletico fetħu l-iskor minn Julian Alvarez.

Fil-55 minuta, Rashford kien sfortunat meta ġie mċaħħad mill-mimduda. 

Iżda, fis-70 minuta, Alexander Sorloth irdoppja għal Atletico. 

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport