Sunday, December 29, 2024

Uċuh ġodda fl-FMA hekk kif jinħatru żewġ viċi-presidenti ġodda

Aqra wkoll

Il-Futsal Malta Association organizzat il-laqgħa ġenerali annwali fis-sala tal-Istadium Ċentinarju f’Ta’ Qali li biha wkoll ingħalaq is-siparju tal-istaġun 2022/23.

Kienet laqgħa ferm importanti fejn il-membri kollha qablu unanimament li l-president attwali l-Perit Mark Borg iżomm din il-kariga sabiex se jibda r-raba’ terminu tiegħu b’Dr Stefan Cutajar u Matthew Borg li wkoll ġew ikkonfermati bħala s-segretarju ġenerali u t-teżorier rispettivament.

Minkejja kollox, kien hemm ukoll xi uċuh ġodda hekk kif Kurt Rizzo u Nathaniel Jones ġew eletti bħala viċi-presidenti hekk kif ġiet imressqa emenda li biha jkun hemm żieda f’dan ir-rwol. Min-naħa tiegħu, il-viċi-president uxxenti Claudio Azzopardi issa ġie membru onorarju filwaqt li membri oħra ġodda jinkludu wkoll lil David Spiteri, Joe Meilak u Lorraine Zammit li min-naħa tagħha se tkun responsabbli mid-dipartiment tal-futsal femminili.

Is-Segretarju Ġenerali Dr Stefan Cutajar tkellem dwar id-diversi objettivi li din l-assoċjazzjoni poġġiet fil-bidu tal-istaġun u li mhux talli ntlaħqu, iżda qabżu kull stennija possibbli. Semma’ l-kollaborazzjoni mal-Kumitat Paralimpiku Malti sabiex beda l-proġett dwar il-blind futsal, it-tnedija tal-futsal għan-nisa, l-inklużjoni tat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena, ir-riżultati eċċezzjonali li kisbu Luxol fil-UEFA Futsal Champions League li saħansitra waslu fl-istadju tal-aħjar 16-il tim tal-Ewropa u l-organizzazzjoni tal-Enemed Futsal Awards.

Dr. Stefan Cutajar highlighted the association’s major milestones including the collaboration with the Malta Paralympic Committee for the blind futsal project, the launching of the Enemed Women’s Futsal tournaments, the Player and Team of the Month Awards, the inclusion of the Malta U19 futsal selection in the national league, Luxol’s exceptional results in the UEFA Champions League reaching Elite Top 16 status and the organisation of the Enemed Futsal Awards.
Fid-diskors tiegħu, il-president tal-FMA Mark Borg sostna li dan se jkun l-aħħar terminu tiegħu bħala president u esprima x-xewqa li meta jispiċċa minn din il-kariga, iħalli l-legat tiegħu sabiex is-suċċessur tiegħu jsib assoċjazzjoni soda u lesta biex tkompli timxi ‘l quddiem.

Borg tenna li hu determinat li jkompli jaħdem sabiex dan l-isport ikollu d-dar tiegħu iġifieri futsal arena dejjem b’kollaborazzjoni mal-MFA. L-għan hu dejjem li l-futsal ikompli jkollu l-vuċi tiegħu u jiżviluppa dejjem aktar.

Sadanittant l-FMA se tkun qed tiftaħ l-applikazzjoni sabiex timijiet tal-futsal jirreġistraw u eventwalment jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet li torganizza din l-assoċjazzjoni.

Ekonomija

Sport