Tuesday, October 20, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Borussia Dortmund jirbħu fl-Azerbaijan

UEFA Champions League: Borussia Dortmund jirbħu fl-Azerbaijan

0
42

Borussia Dortmund temmew sensiela ta’ tliet logħbiet mingħajr rebħa fil-kompetizzjonijiet kollha meta għelbu lil Sabah 2-1 f’Baku, fil-UEFA Champions League.

Serhou Guirassy fetaħ l-iskor wara għaxar minuti, iżda Aden McCarthy kiseb id-draw għal Sabah qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima, Guirassy reġa’ poġġa lil Dortmund fil-vantaġġ b’volley preċiż wara cross ta’ Joey Veerman.

Sabah ippruvaw jagħmlu reazxjoni, iżda sabu lil Gregor Kobel attent. Iż-żewġ timijiet ħlew opportunitajiet lejn it-tmiem, iżda Dortmund żammew il-vantaġġ u kisbu t-tielet rebħa tagħhom fl-aħħar seba’ logħbiet fil-UEFA Champions League.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here