Wednesday, October 21, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Napoli jirbħu lil Bodo-Glimt f’logħba spettakolari

UEFA Champions League: Napoli jirbħu lil Bodo-Glimt f’logħba spettakolari

0
50

Napoli kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fiċ-Champions League dan l-istaġun meta għelbu lil Bodo-Glimt bl-iskor ta’ 4-3 f’logħba eċċitanti li ntlagħbet fl-Istadium Diego Armando Maradona.

Matteo Politano fetaħ l-iskor għall-Italjani wara biss 53 sekonda, iżda Jens Petter Hauge kiseb id-draw għat-team Norveġiż fis-27 minuta. Scott McTominay reġa’ poġġa lil Napoli fil-vantaġġ fit-41 minuta.

Fit-tieni taqsima, Andreas Helmersen għamel l-iskor 2-2, iżda McTominay reġa’ skorja fil-75 minuta biex ta vantaġġ importanti lit-team tiegħu. 

Auto-goal ta’ Odin Bjortuft minuta mit-tmiem deher li ssiġilla r-rebħa, iżda Sondre Brunstad Fet skorja t-tielet goal ta’ Bodo-Glimt fil-ħin miżjud.

Minkejja tmiem nervuż, Napoli żammew il-vantaġġ u ħadu tliet punti importanti biex telgħu fit-22 post  fil-fażi tal-kampjonat taċ-Champions League.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here