Wednesday, October 21, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Phil Foden jispikka b’hat-trick f’rebħa kbira ta’ Man City...

UEFA Champions League: Phil Foden jispikka b’hat-trick f’rebħa kbira ta’ Man City fuq AEK

0
43

Manchester City kisbu rebħa konvinċenti ta’ 5-1 fuq AEK Athens fl-Etihad Stadium, biex irritornaw għar-rebħ fil-fażi tal-kampjonat taċ-Champions League. Phil Foden kien il-protagonista ewlieni tal-konfront meta skorja hat-trick. 

Elliot Anderson fetaħ l-iskor fit-12-il minuta bl-ewwel goal tiegħu għas-City, qabel ma Foden irdoppja l-vantaġġ fit-34 minuta.

AEK Athens naqqsu d-distakk permezz ta’ Stavros Pilios fil-52 minuta, iżda Rayan Cherki wieġeb ħames minuti wara biex reġa’ ta vantaġġ komdu lit-team Ingliż.

Foden imbagħad kompla jispikka meta skorja darbtejn oħra, fil-65 u fis-76 minuta, biex issiġilla t-tripletta personali tiegħu u r-rebħa kbira ta’ Manchester City.

B’dan is-suċċess, City kisbu t-tieni rebħa tagħhom fl-ewwel tliet logħbiet tal-fażi tal-kampjonat taċ-Champions League.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here