Porto kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-UEFA Champions League dan l-istaġun meta għelbu lil Napoli 4-1, fir-raba’ ġurnata tal-fażi tal-kampjonat.
Jan Bednarek poġġa lit-team Portugiż fil-vantaġġ fil-11-il minuta b’daqqa ta’ ras minn corner, iżda Scott McTominay kiseb id-draw għal Napoli fit-43 minuta.
Fit-tieni taqsima, Porto ħadu l-kontroll tal-logħba u reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Gabri Veiga fis-71 minuta. Jakub Kiwior żied it-tielet goal fit-80 minuta, qabel Samu Omorodion issiġilla r-rebħa minn penalty fid-90 minuta.
Napoli spiċċaw ukoll jilagħbu b’10 players wara li Rafa Marin tkeċċa fit-88 minuta.
Din kienet it-tielet telfa ta’ Napoli f’erba’ logħbiet fil-kompetizzjoni





