Friday, September 11, 2026
Home Sport UEFA Champions Lge: Faċli għal Manchester United kontra l-Ażeri, Sabak FK

UEFA Champions Lge: Faċli għal Manchester United kontra l-Ażeri, Sabak FK

0
45

Manchester United għelbu lil Sabah FK b’rebħa kbira ta’ 4-0 f’Old Trafford, l‑akbar tagħhom fil‑UEFA Champions League mill‑2020. 

Iċ‑champions tal‑Azerbaijan, li għaddew minn erba’ rounds ta’ kwalifikazzjoni biex jaslu fil‑fażi ewlenija għall‑ewwel darba, sabu differenza qawwija fil‑livell minkejja li ħolqu xi ċansijiet. 

Huma fetħu l-iskor fis-27 minuta, meta indeċiżjoni fid-difiża ta’ Sabah ġiegħlet lil Patrick Dorgu jixħet cross li sab lil Matheus Cunha (27) li kompla l-ballun għal ġewwa.

Fit-42 minuta, Bruno Fernandes irdoppja wara li bidel il-ballun ma’ Youri Tielemans filwaqt li tliet minuti wara, Benjamin Sesko kompla jkabbar l-iskor wara li kkonkluda mit-through pass ta’ Bryan Mbeumo … u Lisandro Martinez (68) li ssiġilla r-rebħa. 

Sesko, li beda għall‑ewwel darba mit‑3 ta’ Mejju, ta direzzjoni ġdida lill‑attakk ta’ United u issa jidher kandidat serju biex jibda kontra Manchester City. Dan joħloq dilemma fuq ix‑xellug bejn Cunha u Marcus Rashford, li baqa’ fuq il‑bank.

Ir‑rebħa kienet kruċjali għall-United, li reġgħu lura fil‑kompetizzjoni wara aktar minn 1,000 jum. 

B’partiti diffiċli quddiemhom, il‑punti kmieni kienu essenzjali biex ikomplu jibnu fil‑format il‑ġdid ta’ din il-kompetizzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here