Tuesday, December 24, 2024

UEFA Conference League: Hibernians iżommu l-vantaġġ u jikkwalifikaw

Aqra wkoll

Levadia Tallinn ….1

Hibernians ………..1

(Aggregate: Hibernians 4-3)

Hibernians għaddew għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League meta  f’A Le Coq Arena, spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Levadia Tallinn għal aggregate ta’ 4-3.  Issa huma jilagħbu kontra FK Rigas ta’ Latvja.

Fl-ewwel taqsima, il-Pawlisti kienu territorjalment aħjar mill-avversarji u setgħu daħlu jistrieħu fil-vantaġġ iżda fal­lew bosta okkażjonjiet ta’ skor minn Gabriel Izquier Artiles, Jake Grech, Thaylor Aldama u Ferdinando Apap.

Fit-tieni taqsima Hibernians komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fis-60 minuta, Jurgen Degabriele venven xutt li ġiegħel lil Karl Vallner iwettaq save kbir. Huma komplew jippressaw fejn xeħtu lill-avversarji jiddefendu għal ħinijiet twal. Fit-78 minuta Ferdinando Apap fetaħ l-iskor iżda minuta wara Karl Oigus wieġeb għal Levadia biex żammhom fil-logħba. Madankollu l-Pawlisti għarfu jikkontrollaw sal-aħħar.

Levadia T.: 99-Karl Andre Vallner, 3-Milan Mitrovic, 4-Maximiliano Ugga, 10-Brenti Lepistu, 14-Ernest Agyiri, 17-Ro­bert Kirss, 22-Artur Pikk (55-Karl Oigus 73), 23-Murad Velijev (11-Liliu 74), 49-Zakaria Beglarishvili (9-Mark Oliver Roosnupp 64), 67-Ilija Antonov (6-Rasmus Peetson 82), 70-Marko Putincanin – Coach: Ivan Stojkovic

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Llerena, 8-Jake Grech (17-Gabriel Mensah 86),  9-Terence Groothu­sen (23-Yunusa Muritala 54), 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella, 18-Thaylor Aldama (13-Zachary Grech 80), 22-Gabriel Izquier Artiles, 42-Ali Diakite, 88-Rodolfo Soares – Coach: Andrea Pisanu

Referee: Henrik Nalbandyan (Armenja)

Assistenti: Artur Gdlyan, Vanik Simonyan (Armenja)

Raba’ Uffiċjal: Zaven Hovhannisyan (Armenja)

Skorers: F. Apap 78 (H); K. Oigus 79 (LT)

Ammoniti: F. Apap, G. Artiles (H); M. Ugge, M. Roosnupp (LT)

Ekonomija

Sport