Saturday, October 26, 2024

UEFA Conference League: Tintemm l-esperjenza ta’ Gzira United

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gzira Utd ………..0

Wolfsberger ….…4

(Agg: Wolfsberger 4-0)

Gzira United temmew l-avventura tagħhom fil-UEFA Conference League meta fit-tieni leg tat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni sfaw megħluba bl-iskor ta’ 4-0 għall-istess aggregate. Iżda huma jimmeritahom kull prosit li rnexxielhom jaslu sa dan l-istadju hekk kif ma kellhom l-ebda pretensjoni.

Sfortunatament huma kellhom żewġ players imkeċċija biex għalihom saret missjoni impossibbli li setgħu jirkupraw l-iżvantaġġ li kellhom.

Wolfsberger kellhom bidu tajjeb meta fit-12-il minuta fetħu l-iskor meta Konstantin Kerscbaumer kellu x-xutt imblukkat bil-ballun jintemm għand TAI BARIBO li mill-viċin tefa’ ġewwa.

L-Awstrijaċi baqgħu territorjalment aħjar u fit-33 minuta rduppjaw l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Kerscbaumer, il-ballun intemm għand Thierno Ballo bix-xutt tiegħu jispiċċa f’saqajn DOMINIK BAUMGARTNER li minn pożizzjoni ideali ma żbaljax.

Fit-53 minuta, Gzira qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Zachary Scerri wara li ntwera żewġ karti sofor, bit-tieni waħda tkun wara foul li kkommetta fuq Baribo.

L-affarijiet komplew jeħżienu għall-Maroons u fit-58 minuta rebħu penalty meta  d-difensur Brażiljan Gabriel Bohrer Mentz waqqa’ lil Baribo fil-kaxxa.

Mill-11-il metru nkariga ruħu THORSTEN ROCHER li ma żbaljax, hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Zarkov fuq in-naħa opposta.

U jekk kien hemm xi tama li l-Gżirjani setgħu jersqu viċin ta’ Wolfsber­ger, din intemmet għal kollox fis-66 minuta meta huma spiċċaw jilagħbu b’disa’ players wara li din id-darba tkeċċa l-attakkant Brażiljan, Jefferson de Assis, wara li huwa wkoll ntwera t-tieni karta safra, għal foul fuq Baumgartner.

Fil-85 minuta Wolfsber­ger issiġillaw ir-rebħa permezz ta’ xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa tas-sostitut AUGUSTINE BOAKYA, bil-ballun jintemm fir-rok­na tax-xibka.

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone (93-Thiaguinho 46), 6-Nikolai Muscat (47-Brooklyn Borg 70), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 16-Luis Riascos (98-Jackson Mendoza 70), 22-Toni Kolega (4-Andrew Borg 70), 23-Ricardo Correa Duarte (17-Clive Gauci 46), 44-Marko Cosic, 94-Jefferson De Assis  – Coach: Darren Abdilla

WOLFSBERGER: Hendik Bonmann, Adis Jasic, 7-Konstantin Kerscbaumer (20-Augustine Boakya 76), 8-Simon Plesinger, 11-Tai Baribo, 16-Mario Leitgeb (17-Ervin Omic 67), 18-Thorsten Rocher (29-Nicholas Vergas 61), 22-Dominik Baumgartner, 24-Raphael Schifferl, 27-Michael Novak, 70-Thierno Ballo (30-Matthaus Taferner 46)  – Coach: Robin Dutt

REFEREE: Nicholas Walsh (Skozja)

ASS. REFEREES: Graeme Stewart, Calum Spence (Skozja)

RABA’ UFF: Colin Steven (Skozja)

SKORERS: T. Baribo 12, D. Baumgartner 33, T. Rocher pen. 59, A. Boakya 85 (W)

AMMONITI: R. Schifferl, D. Baumgartner, S. Plesinger, A. Jasic (W), M. Dias, Jefferson De Assis, Z. Scerri, C. Gauci (GU)

TKEĊĊEW: Z. Scerri 53, J. De Assis 66 (GU)

Sport