Tuesday, April 23, 2024

Real Madrid jiltaqgħu kontra Eintracht Frankfurt f’Helsinki għall-UEFA Super Cup

Aqra wkoll

L-Erbgħa, fl-Olympic Stadium ta’ Helsinki, se tintlagħab il-UEFA Super Cup bejn ir-rebbieħa taċ-Champions League, Real Madrid, u dawk tal-Europa League, Ein­tracht Frankfurt, li tibda fid-9.00 pm.

Din se tkun l-ewwel logħba kompetittiva mindu kienu ltaqgħu fil-finali tat-Tazza taċ-Champions tal-1960 fi Glasgow li l-Madrileni rebħu 7-3 meta fost oħrajn kellhom lil-leġġendarji Alfredo Di Stefanu u Ferenc Puskas.

Il-coach ta’ Real, Carlo Ancelotti qal: “Is-sena l-oħra Eintracht kisbu xi ħaġa speċjali għax ma kienux fost il-favoriti. Kellhom wirjiet kbar fejn rebħu lil Barcelona fin-Nou Camp b’football fuq l-attakk. Huma żgur li se joħolqulna l-problemi. Iżda grazzi għas-saħħa li għandna t-tnejn se tkun logħba tajba.”

Min-naħa tiegħu l-coach ta’ Entracht, Oliver Glasner, qal: “Qed nistennew li niltaqgħu kontrihom. Ma narahiex bħala konfront ma’ Carlo Ancelotti iżda iktar kontra Real Madrid, wieħed mill-aqwa clubs u l-iktar illustri fl-istorja tal-football. Irridu nippreparaw ħalli jkollna kull ċans li nirbħu l-logħba.”

Sport