Friday, February 20, 2026

UEFA Europa League: Vantaġġ tajjeb għal Nottingham Forest

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ew­wel leg tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League, Nottingham Forest għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni meta marru t-Turkija u għelbu lil Fenerbahce bl-iskor ta’ 3-0.

Fenerbahce v Nottm F. – Fid-debutt tal-manager, Vitor Periera, barra minn darhom Nottingham Forest għelbu lil Fenerbahce bl-iskor ta’ 3-0.

Kien id-difensur Murillo li fetaħ l-iskor għall-Forest, meta fajjar kanunata qawwija bil-ballun jiġi devjat minn Milan Skriniar qabel spiċċa fix-xibka.

U, fit-43 minuta, il-Forest irduppjaw meta mill-corner ta’ Elliot Anderson, il-ballun wasal għand Morgan Gibbs-White li kompla lejn  Igor Jesus fuq it-tieni lasta li minn pożizzjoni angolata, bir-ras tefa’ fix-xibka.

Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Forest għalqu l-partita meta skor­jaw it-tielet goal b’xutt fil-baxx ta’ Morgan Gibbs-White bil-ballun jgħaddi minn bejn saqajn il-goalkeeper, Ederson.

SK Brann v Bologna – Anke Bologna għamlu pass tajjeb biex jilagħbu fl-Aħħar 16 meta marru n-Norveġja u għelbu lil SK Brann bl-iskor ta’ 1-0 bil-kundiz­zjonijiet tal-pitch ikunu diżastrużi hekk kif il-players sabuha diffiċli biex jikkontrollaw il-ballun.

L-uniku goal tal-partita wasal, fid-disa’ minuta meta Nicolò Cambiaghi għad­da l-ballun lejn San­tiago Castro li minkejja li kien f’pożizzjoni ferm angolata xorta waħda rnexxielu jixħet il-ballun fix-xibka.

CONFERENCE LEAGUE

Fl-ewwel leg tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal- UEFA Conference League, kienu wkoll nvoluti t-team Ingliż ta’ Crystal Palace u dak Taljan ta’ Fiorentina.

Zrinjski v C. Palace – Crystal Palace marru l- Kroaz­ja u spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Zrinjski.

Kienu l-Palace li fetħu l-iskor, minuta minn tmiem l-ewwel taqsima meta f’kontrattakk veloċi, Jorgen Strand Larsen xeħet lejn Ismaila Sarr li minn tarf il-kaxxa xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

U proprju, fil-55 minuta, Karlo Abramovic irreċiproka għall-Kroati b’xutt minn tarf il-kaxxa wara li rċieva mingħand Leo Mikic.

Jagiellonia v Fiorentina – Fiorentina marru l-Polonja u għelbu lil Jagiellonia bl-iskor ta’ 3-0  bil-goals jaslu kollha fit-tieni taqsima biex għandhom sieq waħda fl-Aħħar 16 … permezz ta’ Luca Ranieri (53), Rolando Mandragora (66) u Roberto Piccoli (81 pen).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport