Monday, October 5, 2026
Home Sport UEFA Nations League: L-Irlanda jfallu żewġ punti importanti kontra l-Iżrael

UEFA Nations League: L-Irlanda jfallu żewġ punti importanti kontra l-Iżrael

0
45

L-Irlanda fallew żewġ punti importanti fil-ġlieda għall-promozzjoni awtomatika għal League A tal-UEFA Nations League wara li spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Iżrael f’Backa Topola, fis-Serbja, f’logħba li ntlagħbet bil-bibien magħluqa.

Troy Parrott fetaħ l-iskor ftit qabel il-mistrieħ minn penalty wara li Jimmy Dunne rebaħ dan il-penalty wara verifikazzjoni mal-VAR. Parrott kompla juri l-forma tajba tiegħu, wara li kien skorja disa’ mill-aħħar 12-il goal tagħhom.

L-Iżraeljani, iżda, wieġbu malajr wara l-mistrieħ. Dor Peretz, li kien ikkawża l-penalty fl-ewwel taqsima, patta għal dan l-iżball tiegħu meta skorja mill-viċin biex ġab id-draw.

Il-pressjoni tal-Iżraeljani kompliet tikber u huma laqtu l-lasta darbtejn fit-tieni taqsima, permezz ta’ Omri Gandelman u Oscar Gloukh. L-Irlandiżi wkoll kellhom ċans permezz ta’ Chiedozie Ogbene, iżda Assaf Tzur salva.

Issa l-Irlandiżi jridu jevitaw it-telfa kontra l-Awstrija biex jibqgħu fil-ġlieda għall-ewwel post fi Grupp B3.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here