Mil-lum sa nhar it-Tlieta li ġej se jintlagħbu l-aħħar logħbiet mill-kwalifiki tal-UEFA Nations League li għandhom jipproduċu konfronti ferm interessanti biex ikunu magħrufa t-timijiet li se jiġu promossi jew relegati. Fosthom hemm Malta li hija nvoluta f’partita diretta għall-promozzjonni kontra l-Estonja minn Grupp D2.
LEAGUE A
Grupp A1 – Il-leaders id-Danimarka se jilqgħu lil Franza u jekk jirbħu jgħaddu għall-finali. Il-Kroazja jinqalgħu mill-finali jekk ma jirbħux. Jekk jirbħu u d-Danimarka jitilfu, l-Awstrija jibqgħu biċ-ċans għall-finali u jkunu salvi mir-relegazzjoni waqt li jekk jitilfu Franza jiġu relegati.
Grupp A2 – Spanja qed jillidjaw lir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni, il-Portugall, b’żewġ punti u għalhekk il-konfront ta’ bejniethom fl-aħħar ġurnata se kruċjali.
Qabel, Spanja se jilqgħu lill-Isvizzera li jinsabu fl-aħħar post u l-Portugall imorru għand ir-Repubblika Ċeka li jinsabu tliet punti warajhom. Jekk jirbħu Spanja u l-Portugall jitilfu huma jikkwalifikaw għall-finali
Grupp A3 – Dan il-grupp li nistgħu ngħidulu tal ‘heavyweights’ se jagħlaq b’żewġ konfronti ferm mistennija meta għada l-Italja tilqa’ lill-Ingilterra f’San Siro u wara dawn ikunu f’Wembley kontra l-Ġermanja. Jekk tilef mal-Italja l-Ingiltrra jiġu relegati.
Grupp A4 – B’rebħa kontra l-Polonja, l-Olanda jgħaddu għall-finali iżda l-Belġju jinsabu tliet punti warajhom u għalhekk iridu joqogħdu attenti. Wales, li għandhom kisbu punt wieħed biss, huma kważi relegati.
LEAGUE B
Grupp B1 – Il-bieraħ l-Iskozja kienu home kontra l-Ukrajna fejn rebħa tagħtihom l-aħjar ċans għall-promozzjoni meta mbagħad jerġgħu jiltaqgħu kontrihom fi ground newtrali minħabba l-gwerra mar-Russja. Iċ-ċansijiet tal- Irlanda huma remoti bl-Armenja favoriti li jiġu relegati.
Grupp B2 – Iżrael jiġu promossi jekk jegħlbu lill- Albanija f’darhom b’dawn jistgħu jiġu relegati. Iżda jekk il-Lhud ma jirbħux jidħlu l-Islanda jekk dawn jegħlbu lill-Albanija. Ir- Russja huma relegati.
Grupp B3 – Jekk il-Bosnja jirbħu huma jiġu promossi, iżda m’għandhomx ċans jiġu relegati. Huma qed jillidjaw il-grupp b’punt fuq Montenegro bil-Finlandja u r-Rumanija għandhom ċansijiet remoti.
Grupp B4 – In-Norveġja huma favoriti li jirbħu l-promozzjoni jekk huma jirbħu u s-Serbja jonqsu li jegħlbu lill-Isvezja. Iżda s-Serbja jistgħu jispiċċaw fuq jekk jirbħu ż-żewġ logħbiet tagħhom bis-Slovenja għandhom żewġ logħbiet diffiċli biex jevitaw ma jaqgħux.
LEAGUE C
Grupp C1 – It-Turkija jiġu promossi jekk jevitaw telfa waqt li l-Lussemburgu jibqgħu biċ-ċans jekk jirbħu. Iż-żewġ timijiet l-oħra, il-Faroe Islands u l-Litwanja jinsabu f’taqbida kontra r-relegazzjoni
Grupp C2 – Dan huwa l-uniku grupp li l-promozzjoni tiegħu hija deċiża meta l-Greċja għandhom punti massimi minn erba’ logħbiet waqt li Ċipru u l-Irlanda ta’ Fuq jissieltu bejniethom biex ma jaqgħux.
Grupp C3 – L-aħjar ċansijiet jinsabu għand il-Kazakhstan li għandhom 10 punti kontra s-sitta tas-Slovenja waqt li l-Belarus u Azerbaijan għandhom it-theddida tar-relegazzjoni.
Grupp C4 – Georgia qed igawdu tliet punti vantaġġ fuq il-Maċedonja u jekk jevitaw telfa jiġu promossi. Ġibiltá jidħlu fil-play-outs tar-relegazzjoni jekk jitilfu mal-Bulgarija.
LEAGUE D
Grupp D1 – Jekk il-Latvja jevitaw telfa jiġu promossi meta għandhom ħames punti iktar mill-Moldova waqt li Liechtenstein huma l-uniku team bla punt mill-gruppi kollha.
Grupp D2 – Malta qatt ma kienet f’din il-pożizzjoni li qed tissielet għal xi ħaġa meta għada tiltaqa’ kontra l-Estonja tant li rebħa b’żewġ goals tikseb il-promozzjoni.
Iżda rebħa b’goal wieħed għal Malta, San Marino jri=du jegħlbu lill-Estonja biex eventwlament niġu promossi. Diffiċli iżda mhux impossibbli.