Wednesday, April 24, 2024

Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda f’Novemrbu li ġej

Aqra wkoll

Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda fl-Istadium Nazzjonali, fl-20 ta’ Novembru, li ġej.

It-team immexxi mill-coach nazzjonali, Devis Mangia, se juża din il-partita bħala preparazzjoni għall-impenji internazzjonali li jmiss fil-UEFA EURO 2024, bir-round ta’ kwalifikazzjoni jingħata bidu f’Marzu 2023. 

Malta għad trid tkun taf min se jkunu l-avversarji tagħhom fil-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni. It-tlugħ tal-poloz se jsir fi Frankfurt, fid-9 ta’ Ottubru.

Malta u l-Irlanda ltaqgħu seba’ darbiet; erba’ partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tal-Euro, żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1990 u partita ta’ ħbiberija fl-1990. 

L-Irlanda rebħet il-logħbiet kollha. L-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu kien, fit-8 ta’ Settembru 1999, f’Ta’ Qali. Il-partita kienet valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. 

Ir-riżultat finali kien 3-2 għall-viżitaturi. Inċidentalment dik kienet l-unika darba li t-team Malti sab ix-xibka kontra l-Irlanda bl-iskorers ikunu David Carabott u Brian. 

Sport