Thursday, March 28, 2024

Tiġrijiet taż-żwiemel: Ġurnata Memorabbli għal Cliferty Calleja fil-Kampjonat Dinji

Aqra wkoll

Ġurnata memorabbli għat-trot Malti kif ukoll għas-sewwieq Cliferty Calleja hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat dinji għal sewwieqa amateurs fil-korsa ta’ Capannelle Ruma ddomina b’żewġ rebħiet biex qed jokkupa l-ewwel post tal-klassifika.

Fl-ewwel tiġrija ħareġ rebbieħ kontra kull mistenni biż-żiemel Zorko f’tiġrija li qassam perfettament filwaqt li fit-tieni konfront it-tattika li uża wasslitu biex fl-aħħar mumenti joħroġ rebbieħ biż-żiemel Zucchero Jet.

F’kummenti li ta waqt il-preżentazzjoni tat-trofej Calleja deher emozzjonat u stqarr li qatt ma ħolom li seta jirbaħ iż-żewġ konfronti fl-ewwel jum tal-kompetizzjoni.

Filwaqt li issa minn Ruma l-kontinġent se jitlaq lejn Turin, Calleja jinsab fl-ewwel post bil-massimu tal-punti -18, segwiet mill-Arġentin bi 12-il punt u ċ-ċhampion kurrenti kemm tad-dinja kif ukoll l-Ewropa l-Belġjan Piet Van Pollaert jinsab jokkupa t-tielet post bi 11-il punt.

Ekonomija

Sport