Friday, April 26, 2024

Darts: Ħamrun Bayern u Floriana Ajax fil-finali tal-MDA Summer League

Aqra wkoll

Se jkunu Ħamrun Bayern u Floriana Ajax li se jikkontestaw il-finali tal-lejla tal-kampjonat tas-sajf tal-MDA wara rebħiet identiċi ta’ 5-1.

Ħamrun Bayern iddominaw u għelbu lil Manchester Conquest Pub 5-1. Wara li l-ewwel leg spiċċa 3-3, il-Ħamruniżi kienu determinati li jagħlqu l-logħba sa minn kmieni u marru fil-vantaġġ u għalkemm it-tim mill-Kottonera ġabu id-dro immedjatament, xorta ma setax iżomm il-forma tajba tal-avversarji li spiċċaw rebħu l-erba’ games ta’ wara sabiex kisbu post fil-finali.

Anke Floriana Ajax rebħu bl-istess skor lil PO’s Bar tal-Gudja. B’hekk huma kisbu double fuq l-avversarji tagħhom wara li fl-ewwel leg Floriana kienu rebħu 6-0.

Il-Furjaniżi dejjem kienu fil-kontroll tal-logħba u stabilixxew vantaġġ ta’ 4-0 b’PO’s Bar li naqqsu l-marġni tal-iskor iżda bl-Ajax li ssiġġillaw ir-rebħa b’suċċess fl-aħħar game.

Il-finali se tintlagħab illejla fi stabbiliment f’Marsaskala u tibda fit-8pm.

Sport