Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg
Malta ……………0
Montenegro ….3
Malta sofriet it-tielet telfa minn daqstant partiti fil-mini tournament tar-round ta’ kwalfikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt is-17-il sena, meta sfat megħluba mill-Montenegro bl-iskor ta’ 3-0.
Kienet rebħa meritata għall-Montenegro li ddominaw għal ħinijiet twal, bil-Maltin dehru neqsin mid-dixxiplina tattika speċjalment fid-difiża.
Wara bidu kwiet, fis-17-il minuta l-coach ta’ Malta, Ivan Woods, kellu jeffettwa sostituzzjoni sfurzata hekk kif weġġa’ Kian Vella biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Ivin Farrugia.
Fit-23 minuta, il-Montenegro tilfu cans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Luca Lecic kellu xutt salvat tajjeb mill-goalkeeper Malti, Dominic Vella, biex mir-rebound, Marko Tadic kellu xutt imblukkat mid-difiża Maltija.
Fit-43 minuta, il-benjamini tagħna kellhom ferħa bla temma meta Zak Barbara għadda tajjeb lejn Ensell Attard li kellu daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm fix-xibka iżda r-referee, Ion Olric, kien pront ħassar il-goal minħabba pożizzjoni ta’ offside.
Il-Maltin komplew jippressaw għall-goal u fil-45 minuta kienu sfortunati li meta cross-shot fil-baxx tas-sostitut Ivin Farrugia ħabat ma’ sieq il-lasta.
Fil-ftuħ tat-tieni taqisima, il-Montenegro ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ MILAN ROGANOVIC li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Malti jsalva.
Ħames minuti wara, Balsa Mrvaljevic falla ċans tad-deheb meta minn taħt il-lasta falla l-mira kompletament.
Iżda fil-61 minuta huma rduppjaw b’xutt sabiħ ta’ LUKA BUBANJA minn pożizzjoni angolat bil-ballun jintemm fis-saqaf tax-xibka.
Il-Maltin wieġbu fil-81 minuta meta s-sostitut Sean Gatt minn pożizzjoni ferm ideali kellu x-xutt fil-baxx jiġi salvat mill-goalkeeper Petar Bobicic.
Iżda kienu l-Montenegro li ssiġillaw ir-rebħa fil-ħin miżjud bit-tielet goal permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ BALSA MRVALJEVIC eżatt minn tarf il-kaxxa.
MALTA: 1-Dominic Conroy Marcus Vella, 2-Andrea Apap Bologna (17, 3-Sven Xerri, 6-Kian Vella (4-Ivin Farrugia 17), 7-Lucas Caruana, 8-Kaiden Fenech (9-Sean Gatt 77), 10-Ensell Attard, 14-Myron Micallef, 15-Isaiah Chukunyere, 18-Kian Leonardi (13-Timothy Cachia, 19-Zak Barbara (11-Russell Caruana 77) – Coach: Ivan Woods
MONTENEGRO: 1-Peter Bobicic, 2-Janko Vukiceveic, 4-Dragan Miranovic, 6-Romario Camaj, 7-Milan Roganovic (16-Nikola Radusinovic 91), 8-Luka Lecic, 9-Marko Tadic, 13-Tomislav Turovic (3-Luka Bubanja 46), 15-Marko Perovic (11-Nenad Krivokapic 82), 18-Vasilje Adzic (17-Andrija Skrobanovic 46), 19-Balsa Mrvaljevic – Coach: Radiovan Kavaja
REFEREE: Ion Orlic (Maċedonja)
ASS. REFEREES: Anatolie Basiul (Moldova), Edgaras Bucinskas (Litwanja)
RABA’ UFF: Robertas Valikonis (Litwanja)
SKORERS: M. Roganovic 54, L. Bubanja 61, B. Mrvaljevic 93 (Mn)
AMMONIT: L. Lecic, M. Tadic, M. Roganovic, D. Miranovic (Mn), S. Gatt, M. Micallef (Mt)