Thursday, April 18, 2024

ARA: Il-Belt Valletta tissebbaħ b’installazzjoni artistika ġdida

Aqra wkoll

Xi ġmiel ta’ atmosfera. Dan huwa s-sentiment tan-numru sabiħ ta’ persuni li f’dawn l-aħħar jiem marru jżuru l-Belt Kapitali tagħna.

Minn dawl fid-daħla tal-Belt Valletta, għal bini b’dawl roża hekk kif dan ix-xahar qed infakkru l-Pink October, għal installazzjoni ġdida li mill-bidu tax-xahar ‘l hawn ilha tattira numru ta’ nies lejha.

Din l-istallazzjoni ġdida, bl-isem ta’ “Ejj’Oqgħod” tinsab fi triq Nofsinhar fil-Belt Valletta u hi xogħol tal-artist Carl Caruana. Ispirata mill-arkitettura tal-Belt Valletta, l-artist tad-dawl ħoloq wirja b’lampi mdendlin li tista’ titgawda mill-pubbliku sa nofs Jannar. Attrazzjoni wara l-oħra li żgur jagħmlu din il-belt mill-aktar ħajja.

‘Ejj’Oqgħod’ hi installazzjoni oħra minn sensiela ta’ installazzjonijiet li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed torganizza f’diversi toroq bħala parti mill-programm kulturali għall-Belt Valletta.

Ekonomija

Sport