Tuesday, April 30, 2024

70 sena ħabs għal raġel li jemmen li sess ma’ tfal huwa dritt legali tiegħu

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel minn Kentucky li kien jesprimi b’mod apert l-interess tiegħu li jagħmel sess mat-tfal ingħata 70 sena ħabs, is-sentenza massima permessa taħt il-liġi lokali. Dan l-eks infermier “jemmen li sess mat-tfal żgħar ħafna (erba’ snin) huwa dritt legali tiegħu”. 

Keram Christensen ta’ 40 sena kien arrestat l-ewwel darba f’Awwissu tal-2019. Huwa ammetta li kien ħati li fil-pussess tieghu kellu numru kbir ta’ materjal pornografiku tat-tfal. Fis-sentenza, l-imħallef Gregory Bartlett qal li Christensen “milli jidher immaġina komunità fejn is-sess mat-tfal huwa aċċettabbli iżda komunità ta’ dan it-tip ma teżistix u qatt mhi se teżisti fil-kontea Kenton”.

“Meta ngħid inrid lit-tfal, vera nrid it-tfal”

Uffiċjali tal-pulizija ta’ Covington saru jafu dwar Christensen wara li impjegat tas-sit tad-dating “Match.com”,  fuq il-profil ta’ Christensen, innota kitba b’terminoloġija suspettuza. Il-prosekuzzjoni qalet li fuq il-profil ta’ Christensen kien hemm miktub ‘meta ngħid inrid it-tfal, vera nrid it-tfal!’.

Investigaturi kisbu warrant biex jagħmlu tfittxija fir-residenza ta’ Christensen. Hawnhekk il-forzi tal-ordni fil-kompjuter u apparat teknoloġiku tiegħu sabu ammont esaġerat ta’ materjal pornografiku tat-tfal. Il-wallpaper fuq il-mowbajl tiegħu jingħad li kellu jidhru żewġt itfal f’atti sesswali.

“Milli jidher immaġina komunità fejn is-sess mat-tfal huwa aċċettabbli iżda komunità ta’ dan it-tip ma teżistix u qatt mhi se teżisti fil-kontea Kenton” – imħallef

Christensen barra dawn il-provi kollha kontrih, kien huwa stess li kiteb u ppubblika novelli dwar abbuż sesswali fuq it-tfal li magħhom inkluda ritatti ta’ pornografija tat-tfal imniżżla minn fuq l-Internet. L-eks infermier anke wasal biex iwaqqaf negozju taħt l-isem ta’ “Nautica Productions” bil-għan li jkun jista’ jippubblika l-kotba tiegħu aktar faċilment.

Christensen kien intefa’ l-ħabs imma f’Ottubru tal-2019 ħallas il-garanzija u ngħata l-libertà proviżorja. F’April 2021 huwa reġa’ ġie arrestat wara li investigaturi qabduh jikser il-kundizzjonijiet imposti fuqu. Fost dawn Christensen reġa’ daħħal fis-siti tad-dating, ħaġa li kienet ipprojbita lilu. Il-Pulizija ngħataw warrant ieħor biex ifittxu fir-residenza tas-suspettat u sabu li dan reġa’ ġemma’ għadd ta’ materjal pornografiku tat-tfal, kif ukoll li l-password tal-wi-fi tiegħu kienet “pedofelu”.

Skont dokumenti tal-qorti Christensen kien infermier ikkwalifikat u għal perjodu ħadem fit-taqsima tal-kura intensiva fi sptar. Fil-jum tal-arrest huwa kien ukoll membru tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ Covington.

L-avukata Emily Arnzen, li kienet parti mit-tim tal-prosekuzzjoni fil-każ ta’ Christensen, qalet li, “l-azzjonijiet tal-akkużat kienu kemm diretti, kif ukoll diżgustanti. Huwa mostru… Il-maġġoranza tal-pedofeli li tfajt il-ħabs jistħu b’dak li għamlu imma dan tassew jemmen li għandu dritt kostituzzjonali li jweġġa’ lit-tfal. Ħaġa li ma titwemminx”

Sport