Monday, December 9, 2024

UEFA U17 tat-Tfajliet: Malta megħluba mir-Rumanija

Aqra wkoll

MALTA …………. 1

RUMANIJA ……. 4

Malta sfat megħluba 4-1 mir-Rumanija fil-logħba tal-ftuħ ta’ Grupp B2 tal- Kwalifiki tal-Kampjonat Ew­ropew tan-Nisa U17 tal- UEFA.

Ir-Rumen kienu b’saħ­ħithom wisq għall-Maltin, li f’bosta okkażjonijiet ġew imgiegħla jirtiraw lura biex jilqgħu l-pressjoni tal-avversarji.

Malta bdiet il-partita bil-biċċa l-kbira tal-pussess, b’ħafna passes flimkien, partikolarment fuq il-lemin. Iżda minkejja dan, il-players tagħna sabuha ferm diffiċli biex isibu l-ispazji.

L-ewwel okkażjoni denja ta’ nota waslet fis-sitt minuta, meta f’kontrattakk veloċi, ir-Rumeni fetħu l-iskor minn BOGLARKA FULOP, li daret mal-goalkeeper, Julia Maria Zarb, u tefgħet fix-xibka

Iżda, fit-13-il minuta, il- Maltin rnexxielhom jagħ­mlu  l-iskor indaqs hekk kif KAY AXIAK sabet spazju wara d-difiża Rumena, u wara ġirja eċċellenti, tefgħet il-ballun fix-xibka.

Madankollu, l-iskor dam biss ftit sekondi, hekk kif ir-Rumanija reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ auto-goal, wara li l-ballun sfortunatament ħabat ma’ Ilona Abela qabel spiċċa ix-xibka.

Ir-Rumeni bdew isibu aktar spazju wara l-midfielders Maltin, u fit-18-il minuta, resqu viċin li jis­kor­jaw it-tielet goal wara li xutt ta’ Elena Corina Coli­baba minn barra l-kaxxa għadda eżatt fuq il-lasti.

Fil-35 minuta, ir-Rumanija resqu ferm viċin li jkabbru l-iskor  meta l-ballun waqa’ għand Andreea Candea fil-kaxxa, iżda din kellha t-tentattiv tagħha salvat b’mod brillanti minn Zarb li dawret f’corner.

Minkejja dan, huma skorjaw mill-corner sus­segwenti, li meta ngħata minn VIOLETA BOGOS ħadd ma mess il-ballun biex spiċċa fix-xibka.

Wara l-mistrieħ, ir-Rumanija baqgħu jikkontrollaw il-logħob, u fit-53 mi­nuta, Maria Isabel Olah ittantat xortiha minn tarf il-kaxxa, iżda t-tentattiv tagħ­ha għadda għoli.

Fl-aħħar ħinjiet, b’mod gradwali l-Maltin reġgħu kibru fl-istatura u bdew jilagħbu b’mod intelliġenti kif ukoll kienu perikolużi fil-kontrattakki.

Madankollu, it-theddida tar-Rumanija baqgħet waħda kostanti, tant, li Lorelai Zamfir ġiet imċaħħda mill-wieqfa.

U fit-tielet minuta tal-ħin miżjud, SARA BORTEA ssiġillat ir-rebħa permezz ta’ daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner. 

Fil-partita l-oħra, l-Uk­raj­na għelbu lil Moldova 5-0.

Il-logħba li jmiss għal Malta hija kontra l-Ukrajna nhar is-Sibt li ġej, 16 ta’ Novembru, fis-Centenary Stadium, li tibda fil-11.00 am.

Malta: 12-Julia Maria Zarb, 3-Lara May Azzopardi (C), 5-Krista Sacco (16-Jade Galea 77), 6-Amy Portelli, 8-Shaiel Falzon (7-Martina Vassallo 77), 14-Nina-Lee Naudi (13-Maia Gauci 61), 15-Alanah Ghio, 17-Tea Kimamo (11-Oli­via Mae Taylor 61), 18-Kay Axiak, 19-Ilona Abela, 21-Alexis Mallia (20- Gloria Cassar 66) – Coach: Clint Tabone.

Rumanija: 1-Elena Iza­bela Coman (GK), 3-Georgiana Nicolae (C), 5-Sara Bortea, 6-Violeta Bogos, 7-Elenia Corina Colibaba (14-Carla Ștefania Rebrisorean 46) 8-Anastasia Lionte (4-Irina Apostol 70), 10 Andreea Candea (17-Lorelai Zamfir 79), 11-Maria Isabel Olah (9-Lorena Mihailesc 70), 13-Boglarka Fulop, 15-Sophie Marie Coja­nu (18-Anabele-Natsi Nom­­bot 46), 16-Jeaqueline Craiovan – Coach: Iosif Damaschin.

Referee: Stacey Pearson (Ingilterra).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport