Fl-aqwa partita tat-tieni leg tal-Aħħar 32 tal- UEFA Europa League, Barcelona urew il-potenzjal tagħhom meta barra minn darhom għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 4-2 għal aggregate ta’ 5-2.
EUROPA LEAGUE
Napoli v Barcelona – Jidher li Barcelona ġejjin f’tagħhom meta marru l-Italja u għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 4-2 biex għaddew b’aggregate ta’ 5-3.
Il-goals tal-Katalani waslu minn Jordi Alba (8), Frenkie de Jong (13), Gerard Pique (45) u Pierre Emerick Aubameyang (59) filwaqt li Lorenzo Insigne (23 pen) u Matteo Politano (87) wieġbu għall-Partenopei.
Lazio v Porto – Lazio laqgħu lil Porto u temmew fi draw ta’ 2-2 biex kienu l-Portugiżi li għaddew mal-Aħħar 16 b’aggregate ta’ 4-3.
Lazio skorjaw l-ewwel u l-aħħar minn Ciro Immobile (19) u Danilo Cataldi (92) filwaqt li Mehdi Taremi (31 pen) u Mateus Uribe (68) wieġbu għal Porto.
Olympiakos v Atalanta– Atalanta marru l-Greċja u rreġistraw rebħa komda bl-iskor ta’ 3-0 biex ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 5-1.
Il-goals ġew skorjati permezz ta’ Joakim Maehle (40) u doppjetta ta’ Ruslan Malinovskiy (66, 69).
Rangers v Borussia D.– Rangers għaddew għar-round li jmiss meta spiċċaw 2-2 kontra Borussia Dortmund għal aggregate ta’ 6-4, b’doppjetta ta’ James Tavernier (22 pen, 57) filwaqt li Jude Bellingham (31) u Donyell Malen (42) skorjaw għal Borussia.
CONFERENCE LEAGUE
Randers v Leicester – Leicester City komplew fejn ħallew fl-ewwel leg meta marru d-Danimarka u għelbu lil Randers bl-iskor ta’ 3-1 għal aggregate ta’ 7-2.
Il-goals waslu minn Harvey Barnes (2) u doppjetta ta’ James Maddison (70, 74) filwaqt li Stephen Odey (84) wieġeb għal Randers.
Bodo-Glimt v Celtic – Celtic marru n-Norveġja u sfaw megħluba minn Bodo-Glimt bl-iskor ta’ 2-0 biex dawn tal-aħħar għaddew b’aggregate ta’ 5-1.
L-iskorers għan-Norveġiżi kienu Ola Solbakken (9) u Hugo Vetlesen (69).
Qarabag v Marseille – Marseille għelbu lil Qarabag bl-iskor ta’ 3-0 biex ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Pape Alassane Gueye (12), Matteo Guendouzi (77) u Konrad De La Fuente (91).