Friday, May 3, 2024

“Żammejna kelmitna u żidna l-pensjonijiet” – il-Ministru Michael Falzon

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Dr Michael Falzon qal li f’din il-leġiżlatura li waslet biex tintemm kien imwiegħed li l-pensjonijiet kellhom jiżdiedu b’minn tal-inqas €8 fil-ġimgħa, iżda fil-fatt din żdiedet bi €12.47ċ. 

“Dan ifisser li altru mil­li żammejna kelmitna mal-pen­sjonanti. Il-wegħda issa hi żieda ta’ €15 fil-ġimgħa fil-pensjonijiet tul il-leġiżlatura kollha,” qal il-Ministru Falzon meta kien qed jindirizza attività edukattiva organizzata mill-GWU Għaqda Pensjonanti fil-Workers’ Memorial Building. 

Ritratt: Roger Azzopardi

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll is-Segretarju tal-Għaqda Tony Zarb, il-President tal-Għaqda Lino Debono u s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja.

Fl-indirizz tiegħu lil dawk preżenti, il-Ministru Falzon tkellem dwar id-diversi miżuri li ttieħdu fl-aħħar snin fil-qasam tal-anzjani, fosthom l-enfasi li ngħatat fuq anzjani li jgħixu fil-komunità. 

Ritratt: Roger Azzopardi

Huwa semma wkoll kif matul din is-sena, in-nefqa fuq il-pensjonijiet se tkun qiegħda tlaħħaq is-somma ta’ €1 biljun. Dan filwaqt li l-pilastri ewlenin li dan il-Gvern se jaħdem fuqhom fis-snin li ġejjin jinkludu ż-żieda l-pensjonijiet u aktar aċċess għall-mediċini bla ħlas fost oħrajn.

Sadanittant, il-Ministru Falzon wieġeb ukoll għal mistoqsijiet u kjarifiki li sarulu mill-anzjani preżenti b’mod partikolari dwar kif se jkunu milquta mill-miżuri l-ġodda.

Ritratt: Roger Azzopardi

Sport