Meta ġiet fi tmiemha l-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference League, dawn huma t-timijiet li kkwalifikaw:
UEFA Europa League
Grupp A: Arsenal, PSV
Grupp B: Fenerbahce, Rennes
Grupp C: Betis, Roma
Grupp D: St Gilloise, Union Berlin
Grupp E: Real Sociedad, Manchester United
Grupp F: Feyenoord, Midtjylland
Grupp G: Freiburg, Nantes
Grupp H: Ferencvaros, Monaco
Ma’ dawn it-timijiet jingħaqad it-tmien timijiet li spiċċaw fit-tielet post tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League.
Feyenoord v Lazio
Feyenoord ġewwa darhom għelbu lil Lazio bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal uniku għalihom jasal minn Santiago Gimenez (64). Ta’ nota huwa l-fatt li Lazio spiċċaw jilagħbu bi player inqas fis-96 minuta meta tkeċċa għalihom il-player Luka Romero wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ 60 sekonda.
Real Sociedad v Man Utd
Manchester United barra minn darhom għelbu lil Real Sociedad bl-iskor ta’ 1-0, bl-iskorer għalihom ikun Alejandro Garnacho (17).
Roma v Ludogorets
Roma ġewwa darhom fi Stadio Olimpico għelbu l-isfida ta’ Ludogorets bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Lorenzo Pellegrini ( 56, 65), it-tnejn minn penalty u Nicolo Zaniolo (85). Dan wara li kien Rick (42) li fetaħ l-iskor għal Ludogorets. Rimarkabbli huwa l-fatt li l-Bulgari spiċċaw jilagħbu b’10 players fid-90 minuta meta tkeċċa għalihom permez ta’ karta ħamra diretta, id-difensur ċentrali Olivier Verdon.
Royale Union SG v Union Berlin
Royale Union – it-team li miegħu jilgħab il-player internazzjonali Malti Teddy Teuma, safa megħlub minn Union Berlin bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal għall-Germaniżi jasal minn Sven Michel (6).
Arsenal v Zurich
Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Zurich bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal waħdani għalihom jasal minn Kieran Tierney (17).
UEFA Conference League
It-timijiet li kkwalifikaw huma:
Grupp A: Istanbul, Fiorentina
Grupp B: West Ham, Anderlecht
Grupp C: Villarreal, Lech Pozan
Grupp D: Partizan, Nice
Grupp E: AZ Alkmaar, Dnipro
Grupp F: Djurgarden, Gent
Grupp G: Sivasspor, Cluj
Grupp H: Basel, Slovan
Ma’ dawn it-timijiet jingħaqdu t-tmien timijiet li spiċċaw fit-tielet post tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Europa League.
RFS v Fiorentina
Fiorentina barra minn darhom għelbu lil RFS bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0, bl-iskorers għalihom ikunu Antonin Barak (7), Arthur Cabral (44), Riccardo Saponara (47).
FCSB V West Ham United
West Ham United barra minn darhom għelbu lil FCSB bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals għalihom jaslu minn Pablo Fornals (40, 64) u auto-goal tal-player ta’ FCSB, Joyskim Dawa (56).