Fil-UEFA Europa League, Fl-ewwel partita tal-coach il-ġdid, Ruben Amorim, f’Old Trafford, Manchester United kellhom jitħabtu biex għelbu lil Bodo-Glimt tan-Norveġja bl- iskor ta’ 3-2. B’din ir-rebħa, issa r-Red Devils telgħu fit-12-il post tal-klassifika u f’pożizzjoni tajba li jtemmu mal-ewwel tmien timijiet.
Għalihom skorjaw Alejandro Garnacho (1) u Rasmus Hojlund (45, 50) filwaqt li Hakon Evjen (19) u Philip Zinckernagel (23) skorjaw għal Bodo-Glimt.
Tottenham v Roma – Tottenham Hotspur ospitaw lil Roma u spiċċaw fi draw ta’ 2-2 bit-team Taljan dejjem jirkupra minn żvantaġġ ta’ goal. L-iskorers ta’ Spurs kienu Son Heung-Min (5 pen) u Brennan Johnson (33) filwaqt li Obite Evan Ndicka (20) u Mats Hummels (92) wieġbu għal Roma.
Lazio v Ludogorets – Lazio laqgħu lil Ludogorets u minkejja li ddominaw għal ħafna ħin ma setgħux jinfdu d-difiża Bulgara biex kellhom jikkuntentaw fi draw ta’ mingħajr goals li kien ifisser li fallew l-ewwel żewġ punti minn ħames partiti.
Nice v Rangers – Barra minn darhom, Rangers issuperaw lil Nice bl-iskor ta’ 4-1, bl-iskorers ikunu Vaclav Cerny (35), Mohammed Diomande (38) u Hamza Igamane (45, 54).
Badredine Bouanani (83) skorja għat-team Franċiż.