Ilbieraħ intlagħbet it-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Europa League, bl-attenzjoni prinċipali tkun fuq Manchester United li temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Fenerbahce.
Fenerbahce v Man Utd – F’atmosfera mill-aktar ostili, Manchester United marru t-Turkija u spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
Kien Christian Eriksen (15) li fetaħ l-iskor għar-Red Devils iżda Youssef En-Nesyri (49) kiseb id-draw għat-team immexxi mill-coach, José Mourinho.
Roma v Dinamo K. – Roma kellhom jitħabtu biex għelbu lit-team Ukren ta’ Dinamo Kiev bl-iskor ta’ 1-0.
Il-goal importanti wasal fit-23 minuta minn penalty mogħti minn Artem Dovbyk.
Tottenham v Alkmaar – F’darhom, Tottenham Hotspur kellhom jitħabtu biex għelbu lill-Olandiżi, AZ Alkmaar, bl-iskor ta’ 1-0 bl- uniku goal jasal minn penalty ta’ Richarlison (52).
Twente v Lazio – Lazio marru l-Olanda u għelbu lil Twente bl-iskor ta’ 2-0 li lagħbu għal 80 minuta bi player inqas meta tkeċċa Lars Unnerstall (11) għal karta ħamra diretta.
Iż-żewġ goals waslu wieħed f’kull taqsima minn minn Pedro (35) u Gustav Isaksen (87).
Rangers v Steaua Bucharest– Rangers laqgħu lir-Rumeni ta’ Steaua Bucharest u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0 f’partita li ddominaw, bl-iskorers ikunu Tom Lawrence (10), Vaclav Cerny (31, 55) u Hamza Igamane (72).