Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ewwel ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Europa League, Ajax u Rangers kellhom bidu ferm tajjeb meta ħarġu rebbieħa filwaqt li Roma sfaw miżmuma 1-1 minn Athletic Bilbao.
Malmo v Rangers – Barra minn darhom, Rangers għelbu lit-team Svediż ta’ Malmo bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Nedim Bajrami wara 55 sekondi u Ross McCausland (76).
Ajax v Besiktas – Ajax kienu fi klassi għalihom meta għelbu lil Besiktas tat-Turkija bl-iskor ta’ 4-0, bil-protagonisti jkunu Kian Fitz Jim (31), Mika Godts (51, 73) u Kenneth Taylor (55).
Roma v Athletic Bilbao – Roma ospitaw lil Athletic u temmew fi draw ta’ 1-1.
Kien Artem Dovbyk (32) li fetaħ l-iskor għal Roma iżda Aitor Paredes (86) kiseb id-draw għall-Ispanjoli.
Fenerbahce v St Gilloise – It-team immexxi mill-coach, José Mourinho, Fenerbahce, għeleb li St Gilloise tal-Belġju bl-iskor ta’ 2-1.
Caglar Soyuncu (26) u auto-goal ta’ Christian Burgess (82) taw vantaġġ doppju lit-Torok filwaqt li Ross Sykes (93) kiseb id-draw momentarju għal St Gilloise li minuta qabel Franjo Ivanovic falla penalty għalihom. Kull team kellu player imkeċċi – Kevin Mac Allister (74) għall-Belġjani u Bright Osayi-Samuel (90) għat-Torok.
Tottenham v Qarabag – Il-partita bejn Tottenham Hotspur u Qarabag ittardjat b’40 minuta minħabba li dawn tal-aħħar damu ma waslu f’Tottenham Stadium kawża tal-konġestjoni enomi tat-traffiku f’Londra.