Thursday, December 19, 2024

UEL: Sevilla u Juventus jisirqu l-attenzjoni

Aqra wkoll

Illum jintlagħab it-tieni leg tas-semi-finali tal-UEFA Europa League bil-konfront bejn Sevilla u Juventus jisraq l-attenzjoni. 

L-Ispanjoli, li rebħu din il-kompetizzjoni sitt dar­biet,  jibdew favoriti min­ħabba li se qed jilagħbu quddiem il-partitarji tagħ­hom wara d-draw ta’ 1-1 f’Turin hekk kif il-Bianco­neri salvaw ir-riżultat pro­prju fis-97 minuta minn Fe­derico Gatti wara li Youssef En-Nesyri fetaħ l-iskor fl-ewwel taqsima. 

Peró kulħadd huwa kon­xju tal-qawwa li jippossjiedu Juventus u għal­daqstant żgur li se jqumu għall-okkażjoni biex jirbħu dan l-unur wara nuqqas ta’ 30 sena meta l-aħħar darba li għamlu dan kien fl-1992/93.

Fis-semi-finali l-oħra, Ro­ma jmorru għand Bayer Le­verkusen u jieħdu magħhom vantaġġ ta’ 1-0, grazzi għal goal ta’ Eduardo Bove.

Dan huwa konfront mif­tuħ beraħ iżda l-Giallorossi jistgħu jiddispjaċihom wara li huma ddominaw l-ewwel leg iżda ma rnexxielhom jirbħu bi skor akbar għax fal­lew ħafna ċansijiet.  

Ekonomija

Sport