Sunday, December 22, 2024

UEL: Sevilla u Roma jikkwalifikaw għall-finali

Aqra wkoll

Sevilla v Juventus 2-1 (wħb)

(Aggregate: Sevilla 3-2)

Sevilla kisbu post fil-finali meta għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-1, u bi skor aggregate ta’ 3-2, wara l-ħin barrani. Kienu Juventus li fetħu l-iskor permezz ta’ Dusan Vlahovic (65), iżda huma ftit li xejn damu jgawdu dan il-vantaġġ, hekk kif Seville ġabu l-iskor indaqs seba’ minuti wara permezz ta’ Suso (72). Kellu jkun Erik Lamela (95), li jiskorja l-goal tant importanti għall-Ispanjoli. Fil-115-il minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Marcos Acuna, wara li rċieva żewg karti sofor fil-partita.

Bayer Leverkusen v Roma 0-0

(Aggregate: Roma 1-0)

Bayer Leverksuen u Roma temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals, bil-Giallorossi jiksbu l-passaġġ għall-finali bi skor aggregate ta’ 1-0.

UEFA EUROPA CONFERENCE LEAGUE

AZ Alkmaar v West Ham 0-1

(Aggregate: West Ham 3-1)

West Ham għelbu lil AZ Almaar bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Pablo Fornals (94). B’hekk, kienu l-Hammers li kisbu l-passaġġ għall-finali, bi skor aggregate ta’ 3-1.

Basel v Fiorentina 1-3 (wħb)

(Aggregate: Fiorentina 4-3)

Fiorentina kisbu l-passaport għall-finali wara li b’mod drammatiku għelbu lil Basel bl-iskor ta’ 3-1 għal aggregate ta’ 4-3 liema partita kellha tmur fil-ħin barrani. Il-goals tal-Viola waslu minn Nicolas Gonzalez (35, 72) u Antonion Barak (129) filwaqt li Zeki Amdouni (55) kiseb id-draw għal Basel.

Ekonomija

Sport