Barcellona rebħu grupp 3 tal-UEFA Futsal Champions League meta fil-logħba finali li kellhom kontra ċ-champions Maltin Luxol St Andrews huma rebħu bl-iskor ta’ 7-1.
It-tim minn St Andrews kienu diġa’ għaddew għall-fażi tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni u din kienet partita prestiġjuża għalihom. Huma kellhom il-mumenti tagħhom hekk kif wara li l-Katalani skorjaw żewġ gowls, pront waslet ir-reazzjoni hekk kif naqqsu l-marġni tal-iskor.
Madankollu t-tim immexxi minn Jesus Velasco, ħames darbiet rebbieħ tal-aqwa kowċ tad-dinja, irnexxielu jamministra l-logħba u jiskorja aktar gowls għal rebħa oħra kbira.
Sergio Lozano spikka għall-Katalani hekk kif skorja tripletta filwaqt li Adolfo, Ferrao, Pito u Sergio Gonzalez żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Luxol kellhom lill-plejer Brażiljan Victor Oliveira Dias jiskorja l-gowl tagħhom.
B’hekk Barcellona temmew dan il-grupp fil-quċċata tal-klassifika b’9 punti minn tliet logħbiet segwiti minn Luxol u Dobovec bi 3 u Hovocubo bl-ebda punt.
Barcellona, Luxol u Dobovec għaddew għar-rawnd elite tal-UEFA Futsal Champions League.
Luxol: Celio, Diece, Veve, Victor Oliveira Dias, Dejan Bizjak, Stefan Vella, Mark Zammit, Maicon, Andy Mangion, Marwan Telisi, Jhonn Castro Pulido, Emil Raducu, Fumasa.
Barcellona: Miguel Feixas, Andre Coelho, Dyego, Adolfo, Ferrao, Alex Lluch, Sergio Lozano, Antonio Perez, Pito, Catela, Sergio Gonzalez, Marcenio, Ortiz.
Referee 1: Nicola Maria Manzioni
Referee 2: Done Ristovski
Referee 3: Miguel Castilho