Monday, December 23, 2024

Uffiċjal ġdid tal-komunikazzjoni għall-GWU

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union laqgħet lil Krystabel Galea fit-tim tagħha bħala l-Kap tal-Marketing, Komunikazzjoni u PR.

L-irwol tagħha ġie deskritt bħala pass importanti ħafna għal din l-organizzazzjoni sabiex tinvolvi ruħha b’mod aktar effettiv mal-membri tagħha u mal-pubbliku inġenerali. 

Għal dawn l-aħħar disa’ snin, Krystabel ħadmet mal-Yellow, il-kumpanija wara d-direttorju li kien imqassam fid-djar kollha ta’ Malta u Għawdex għal tnejn u għoxrin sena. 

Krystabel kienet il-Marketing and Fulfilment Manager tagħhom. Hi kienet responsabbli mill-preparamenti u l-ippubblikar tal-aħħar tmien direttorji kif ukoll tal-marketing diġitali kollu tal-kumpanija. 

Krystabel għandha snin twal ta’ esperjenza fil-Marketing kemm f’dak tradizzjonali kif ukoll diġitali. Hija gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Komunikazzjoni u kompliet tistudja Digital Marketing l-ICE Malta. Il-GWU temmet tawgura kull suċċess lil Krystabel.

Ekonomija

Sport