Thursday, December 26, 2024

Uffiċjal Iżraelit: In-numru kbir ta’ infezzjonijiet jistgħu jwasslu għall-immunità tal-massa

Aqra wkoll

Iż-żieda sostanzjali fin-num­ru ta’ każijiet ġodda ta’ Omicron ġewwa Iżrael jista’ jwassal biex dan il-pajjiż jilħaq l-immunità tal-massa. Dan qalu wieħed mill-ogħla uffiċjali tas-saħħa tal-pajjiż fid-dawl tan-numru ta’ każijiet li dejjem qiegħed jikber. 

Il-varjant Omicron qed iwassal għal numru kbir ta’ każijiet ġodda madwar id-dinja fejn għadd ta’ pajjiżi qed jirreġistraw rekord wara l-ieħor. Skont dejta ta’ Reuters, bejn l-24 u t-30 ta’ Diċembru kien hemm xejn inqas minn miljun każ ġdid. Minkejja dan, fortunatament in-numri ta’ mwiet ma żdidux u b’hekk qiegħda tikber it-tama li dan il-varjant huwa inqas qattiel. 

Sa nofs Diċembru, Iżrael kien irnexxielu jikkontrolla l-varjant Omicron, iżda lejn l-aħħar tax-xahar dan il-varjant beda jinfirex b’rata mgħaġġla. L-awtoritajiet tal-pajjiż qed jikkalkulaw li fit-tliet ġimgħat li ġejjin, in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda se jkun qed jilħaq livelli rekord. 

Nachman Ash, li huwa d-direttur ġenerali fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, qal li n-numri kbar ta’ infezz­jonijiet jistgħu jwasslu biex il-pajjiż jilħaq l-immunità tal-massa. Meta kien qiegħed jitkellem mal-midja, Ash qal li l-prezz li jitħallas għall-immunità tal-massa b’dan il-mod ikun kbir ħafna. Huwa tenna li t-tama tagħhom hija li l-immunità tal-massa tintlaħaq bit-tilqim u mhux bl-infezzjonijiet. 

Ekonomija

Sport