Saturday, December 21, 2024

Uffiċjal militari Franċiż arrestat fuq suspett li huwa spija għar-Russja

Aqra wkoll

Il-Prosekuturi Franċiżi niedew investigazzjoni fil-konfront ta’ logotenent kulunell fil-Forzi Armati ta’ Franza suspettat li għadda informazzjoni importanti lis-servizzi sigrieti Russi. Dan kien ikkonfermat mill-Ministru Franċiż għall-Forzi Amati, florence Parly f’kummenti li tat fuq l-istazzjon tar-radju Europe-1.

Hija qalet li “nista’ nikkonerma li l-Qrati bdew jinvestigaw uffiċjal għoli dwar suspett ta’ għoti ta’ informazzjoni kruċjali. Ħadna l-miżuri kollha neċessarji ta’ sigurtà. Issa huwa importanti li s-sistema ġudizzjarja tagħmel xogħolha u tosserva l-prinċipju tas-segretezza tal-investigazzjoni.”

Il-ministru żiedet tgħid li “hija s-sistema ġudizzjarja biss li tista’ tikkonferma x’setgħu kienu l-mottivi wara l-azzjonijiet tal-uffiċjal, u tiddeċiedi jew twettaqx reat.”

Skont il-midja Franċiża, l-uffiċjal kien qed iservi f’bażi militari Taljana.

Ekonomija

Sport