Friday, November 15, 2024

Uffiċjal qrib Viktor Orban tirreżenja minħabba allegat rimarka “Nażita”

Aqra wkoll

Uffiċjal fiċ-ċirku l-iktar qrib tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban irreżenjat wara li allegatament Orban tkellem kontra li jsiru “poplu ta’ razza mħallta”.

Skont il-midja Ungeriża Zsuzsa Hegedus, li ilha taf lil Orban għal dawn l-aħħar 20 sena, iddeskriviet dak li allegatament qalb Orban bħala “test purament Nażista”. Fid-dawl ta’ dan, l-International Auschwitz Committee of Holocaust qal li dan l-allegat diskors huwa “stupidu u perikoluż”.  

Min-naħa l-oħra, kelliemi għal Orban qal li l-midja rrappreżentat ħażin il-kummenti tiegħu. Id-diskors li għamel Orban sar ġewwa reġjun partikolari fir-Rumanija fejn hemm komunità kbira Ungeriża. Fid-diskors tiegħu Orban qal li l-popli Ewropej għandhom ikunu liberi li jitħalltu ma’ xulxin, iżda taħlit ma’ persuni mhux Ewropej qed joħloq “dinja ta’ razez imħallta”. Huwa qal, “aħna lesti li nitħalltu ma’ xulxin, iżda ma rridux insiru poplu ta’ razez imħallta”.

Dan wassal biex Hegedus tissottometti l-ittra tar-riżenja tagħha fejn fiha kitbet, “jien ma nafx kif int [Orban] ma ndunajtx li d-diskors li għamilt huwa purament attakk Nażista qisu ta’ Joseph Goebbels.” Goebbels kien il-ministru tal-propaganda Niżista ta’ Adolf Hitler. 

Ekonomija

Sport