Monday, December 23, 2024

Uffiċjali bi dmugħ f’għajnejhom hekk kif jirċievu fjura b’messaġġ ta’ kuraġġ

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru informa lill-poplu dwar dak li kienu għamlu l-kelliem tal-ġustizzja f’isem l-Oppożizzjoni u l-Għaqda non-governattiva Repubblika; li kienu ressqu kwerela fil-konfront ta’ uffiċjali tal-AFM, il-brigadier u l-Prim Ministru nnifsu, bosta kienu dawk li wrew solidarjetà magħhom b’messaġġ milli isbaħ fuq Facebook.

Aktar kmieni dalgħodu Anton Cutajar għażel li jesprimi l-gratitudni tiegħu personalment u mar jiltaqa’ ma’ dawn l-uffiċjali u rregalalhom fjura b’sinifikat ta’ kuraġġ. Waqt li rringrazzjahom tax-xogħol siewi huwa qalilhom li l-fjura fil-ġmiel tagħha fiha x-xewk għax fil-ħajja mhux kollox ward u żahar.

Cutajar qalilna li sakemm iltaqa’ ma’ dawn il-persuni li f’dan il-mument ukoll osservaw il-miżuri tad-distanza soċjali seta’ jħoss mill-qrib id-dispjaċir tagħhom wara li fl-aħħar snin bħala tim salvaw eluf ta’ ħajjiet.

“Uħud ma setgħux iżommu d-dmugħ u nħossni kburi li f’isem il-Maltin kollha wassal il-messaġġ tal-maġġoranza tal-poplu li jinsab wara dawn il-persuni li jħallu lil familthom biex jaqdu lill-poplu kollu fil-maltemp u fil-bnazzi”, qalilna Cutajar.

11-il membru tal-AFM, Brigadier u l-Prim Ministru qed jaffaċċjaw akkuża ta’ qtil involontarju ta’ grupp ta’ immigranti. Skont il-Prim Ministru, l-immigranti li ġie allegat li mietu, huma fost l-istess grupp ta’ 66 immigrant li ġew salvati mill-Forzi Armati u nġiebu Malta.

Ekonomija

Sport