Is-Senegal ikkonfermaw li Sadio Mane mhux se jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 minħabba li ma laħaqx irkupra mill-injury tiegħu.
L-attakkant ta’ Bayern Munich inizjalment kien mistenni jitlef dan it-tournament iżda xorta waħda ġie nkluż fl-iskwadra finali minkejja li s-Senegaliżi kienu konxji li x’aktarx kienu se jkunu mingħajr Mane għall-fażi tal-gruppi.
Madankollu, fi stqarrija qalu li issa tilfu kull tama li Mane se jilħaq ikun f’sikktu b’mod uffiċjali ġie eskluż mill-iskwadra.
“Sfortunatament, l-iscan tal-MRI wera li r-rizultat tal-injury ma kienx pożittiv daqs kemm konna nittamaw u sfortunatament irridu niddikjaraw l-irtirar ta’ Sadio mit-Tazza tad-Dinja,” qal it-tabib tat-team Manuel Afonso.