Sunday, December 22, 2024

Uffiċjali mfaħħra wara li għenu anzjan li sab ruħu f’diffikultà quddiem il-bini tal-Parlament

Aqra wkoll

Pulizija għassa mal-parlament kienu kruċjali f’għajnuna f’waqtha li taw lil anzjan li ftit tal-ħin ilu kellu bżonn assistenza medika wara li sab ruħu f’diffikultà ftit metri bogħod mill-istess binja.

Persuna li tkellmet ma’ dan is-sit rigward dak li seħħ ftit tal-ħin ilu qalulna li kollox seħħ malajr u l-ġest sabiħ ta’ numru ta’ persuni li intervjenew biex jagħtu l-ewwel assistenza hija timbru li tinsab fil-valuri tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-persuna li kienet fuq il-post qalilna li mhux biss ta’ min ifaħħar il-ħidma tal-uffiċjali, iżda l-fatt li kif jixhdu ritratti li jitkellmu waħidhom juru wieħed minnhom mixħut fl-art jieħu ħsiebu daqslikieku kien tal-familja u persuni oħra jċemplu għall-ewwel għajnuna medika.

Fil-post wasal minnufih tim mediku mill-Isptar Mater Dei u fortunatament huwa deher jikkomunika mal-mediċi. Madanakollu ssejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan lejn l-Isptar Mater għal aktar osservazzjoni medika.

Ekonomija

Sport