Id-Direttur tad-‘Detention Services’ is-sur Robert Zammit din il-ġimgħa qassam diversi ċertifikati lill-Uffiċjali tad-Detenzjoni bħala rikonoxximent għall-ħidma tagħhom waqt il-pandemija tal-COVID-19. Dan kien ġest sabiħ ħafna li mingħajr ebda dubju ġie apprezzat mill-ħaddiema konċernati.

Is-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurta u tal-Infurzar tal-Liġi tal-GWU Theo Vella rringrazzja lill-Uffiċjali tad-Detenzjoni kif ukoll lill-amministrazzjoni għax-xogħol eċċellenti li għamlu waqt il-pandemija u għadhom qed jagħmlu sal-lum.
