Sunday, December 22, 2024

Under 19: Draw ieħor bejn Malta u l-Litwanja

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti ta’ Taħt id-19-il sena lagħab it-tieni partita ta’ ħbiberija tiegħu f’temp ta’ tliet ijiem kontra l-Litwanja. L-ewwel partita nhar l-Erbgħa li għadda spiċċat fi draw ta’ mingħajr gowls u llum, għal darb’oħra, it-timijiet temmew il-partita f’riżultat ieħor ta’ draw, din id-darba ta’ 1-1.

Kienet partita divertenti, iddominata mill-bidu sal-aħħar mill-Maltin, li kellhom jiksbu rebħa. Madankollu, il-Litwani b’saħħithom ikklerjaw prattikament dak kollu li ġie għal saqajhom, bid-difiża tagħhom ta’ erba’ plejers tkun ferm attenta.

Malta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mill-bidu, bix-xutt ta’ Lucas Scicluna minn tarf il-kaxxa jiġi mdawwar f’corner minn Jurgen Miksiumas, il-goalkeeper Litwen, fit-tmien minuta. Fl-attakk li segwa fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, il-Litweni marru fil-vantaġġ, meta Justas Pastukas kellu t-tentattiv tiegħu iniżjalment imblukkat mill-goalkeeper Malti, Karl Sargent, iżda l-ballun intemm għand Adrian Lickunas li skorja permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa.

Il-maltin komplew jiddominaw u sal-35 minuta, ħolqu xi ċansijiet permezz ta’ Andrew Borg, Scicluna u Deacon Abela, li kollha ġew salvati b’faċilità relattiva minn Miksiumas. L-aħjar ċans għall-Maltin wasal fil-ħin miżjud meta wara li rċieva minn corner ta’ Scicluna, Abela kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-mimduda, biex mir-rebound, Sven Xerri, laqat il-wieqfa.

Ftit wara s-siegħa logħob, Malta ġabet l-iskor indaqs, meta Brooklyn Borg għadda tejjeb lejn Andrew Borg li sab ix-xibka peremzz ta’ xutt diajoginali fil-baxx, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm ġewwa. Meta kien fadal tliet minuti fuq il-ħin regolamentar, is-sostitut Nathan Cross kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mdawra f’corner mill-goalkeeper Litwen, Jurgen Miksiumas.

Malta: Karl Sargent, Deacon Abela, Jake Micallef, Sven Xerri, Mattias Ellul (Jake Grech 82), Alex Spiteri (Bjorn Buhagiar 69), Lucas Scicluna, Daniel Letherby (Kaiden Fenech 69), Andrew Borg, Brooklyn Borg (Zak Barbara 82), Sean Gatt (Nathan Cross 63) Coach: Antonio Jose Mendes ‘Toze’

Litwanja: Jurgen Miksiumas, Matas Latvys, Orlandas Jakas, Azuolas Indrilius, Nojus Audinis, Nedas Klimavicius (Simas Civilka 63), Kristoferis Banevicius (Martynas Setkus 46), Ignas Paulikas, Adrian Lickunas, Ernestas Gudelevicius (Nidas Vosylius Pastus 55) Coach: Reinhold Breu

Referee: Nikola Dordevic

Ekonomija

Sport