Malta …………………….1
Montenegro……….….2
Wara d-draw ta’ mingħajr gowls miksub kontra l-Montenegro nhar is-Sibt li għadda, it-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena, f’partita oħra ta’ ħbiberija li ntlagħbet fit-training grounds f’Ta’ Qali safa megħlub mill-Montenegro bl-iskor ta’ 2-1, bit-tliet goals li huma jaslu fl-ewwel 20 minuta tal-partita.
Kienu l-Montenegro li fetħu l-iskor wara 11-il minuta meta Milan Jukic venven xutt minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Malti, Beppe Mangion. Huma rduppjaw l-iksor sitt minuti wara meta Balsa Mrvaljevic għadda tajjeb lejn Nikola Medojevic li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Malta naqqset il-marġi tal-iskor fid-19-il minuta meta Brooklyn Borg minn pożizzjoni ideali u b’xamma kbira għall-goal għeleb lill-goalkeeper tal-Montenegro, Benjamin Krijestarac.
Malta: Beppe Mangion, Deacon Abela (Nathan Cope 63), Jake Vassallo (Jake Grech 46), Mattias Ellul, Jake Micallef, Matteo Gambin, Alex Spiteri, Andy Borg (Bjorn Buhagiar 83), Shaisen Attard (Zak Barbara 83), Brooklyn Borg (Ensell Attard 74), Kian Leonardi (Sean Gatt 63) Coach: Antonio Mendes ‘Toze’
Montenegro: Benjamin Krijestarac, Janko Vukicevic, Luka Bubanja, Rajko Popovic (Balsa Radulovic 76), Romario Camaj, Stefan Radojevic, Matija Delic (Eldin Adrovic 85), Marko Jukic (Haris Durakovic 68), Nikola Medojevic (Seid Adrovic 85), Marko Vracar (Milan Martinovc 85), Balsa Mrvaljevic (Andrija Radonjic 46) Coach: Goran Perisic
Referee: Slawomir Olucha