Sunday, May 5, 2024

Under 19 Tfajliet: Frank Schembri jsejjaħ l-iskwadra għal kontra Catania

Aqra wkoll

Il-Kowċ tat-Tim Nazzjonali tan-Nisa tal-U19 Frank Schembri sejjaħ skwadra ta’ 24 plejer għall-partita ta’ ħbiberija internazzjonali li jmiss li dan it-tim nazzjonali għandu nhar it-Tnejn li ġej 13 ta’ Frar kontra Catania U19 fis-1:30pm fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

Tliet plejers ġodda ngħataw l-ewwel sejħa tagħhom ma’ dan it-tim, jiġifieri Erika Muscat, Kaysia Micallef u Ema Micallef, kollha mwielda fl-2007. Sebgħa mill-24 plejer jilagħbu ma’ Raiders Lija, b’sitta jilagħbu ma’ Swieqi United u ħamsa ma’ Birkirkara. San Ġwann huma rappreżentati minn tliet plejers filwaqt li Mgarr United għandhom żewġ players u Hibernians huma rappreżentati fit-tim minn player waħda.

L-iskeda tat-taħriġ għat-tim nazzjonali tal-U19 bdiet il-Ħamis 9 ta’ Frar.

L-iskwadra hija:

Goalkeepers: Chanelle Borg (Swieqi United), Justyne Caruana (San Gwann), Erika Muscat (Birkirkara)

Difensuri: Kayah Abela Sciberras (Mgarr United), Ylenia Azzopardi (Birkirkara), Francesca Bartolo (Raiders Lija), Sabrin Blihi (Raiders Lija), Nicole Camenzuli (San Gwann), Izabella Camilleri (Birkirkara), Tammy Falzon (Swieqi United), Kaysia Micallef (Swieqi United), Georgiana Mifsud (Raiders Lija)

Midfielders: Fatma Al Girbi (San Gwann), Gaia Antonelli (Raiders Lija), Martina Cortis (Birkirkara), Yulya Carella (Mgarr United), Ileana Farrugia (Birkirkara), Lexine Farrugia (Raiders Lija), Kim Fava (Swieqi United), Ema Micallef (Swieqi United), Yasmin Sajeba (Swieqi United)

Attakkanti: Nyorah Celeste (Hibernians), Ylenia Grech (Raiders Lija), Sarah Vella Barberi (Raiders Lija)

Sport