SKOZJA ……….2
MALTA ………… 1
Wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed għat-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena hekk kif safa megħlub mill-Iskozja bl-iskor ta’ 2-1 liema partita kienet valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew 2025.
Minkejja din it-telfa, il-Maltin qatt ma dehru inferjuri, anzi kellhom bosta opportunitajiet u ġew imċaħħda darbtejn mill-mimduda.
L-ewwel ċans għal Malta wasal fis-seba’ minuta, b’Gianluca Sciberras jirbaħ ballun fuq il-lemin, għadda tajjeb lejn Mattia Veselji iżda x-xutt qawwi tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper, Cieran Slicker.
L-Iskozja wieġbu fit-12-il minuta b’xutt ta’ Mulligan li ġie mblukkat mill-goalkeeper, Hugo Sacco.
Fit-32 minuta, l-avversarji ngħtaw penalty meta Matthew Ellul ġie ġġudikat li kkommetta foul fuq Matthew Anderson fil-kaxxa. Mill-11-il metru, ALEX LOWRY, ma żbaljax hekk kif xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu ferm aggressivi u fit-52 minuta, kisbu d-draw meta Veselji ġie ffawljat minn Anderson fil-kaxxa … u mill-penalty ANDREA ZAMMIT xeħet lill-goalkeeper avversarju fuq in-naħa l-ħażina. Dan kien l-ewwel goal Maltin f’din l-edizzjoni.
Minuta wara, konna sfortunati li ma morniex fil-vantaġġ meta t-tentattiv tas-sostitut, Nikolai Micallef, ħabat mal- mimduda.
Madankollu, fit-82 minuta, kienu l-Iskoċċiżi li skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta Mulligan xeħet cross fil-baxx li sab lil KIERON BOWIE li minn pożizzjoni djagonali rnexxielu jsib ix-xibka.
Ir-reazzjoni tal-Maltin kienet waħda mmedjata u għal darb’oħra ġew imwaqqfa mill-mimduda mid-daqqa ta’ ras ta’ Veselji.
Skozja: 1-Cieran Slicker, 3-Matthew Anderson, 4-Liam Morrison, 6-Leon King, 8-Connor Barron, 10-Alex Lowry (5-Ibane Bowat 85), 15-Josh Mulligan, 16-Lewis Neilson (7-Rory Wilson 60), 19-Kieron Bowie, 20-Jeremiah Mullen, 22-Ben McPherson (9-Michael Mellon 60) – Coach: Scot Gemmill
Malta: 12-Hugo Sacco, 3-Owen Spiteri, 4-Jake Vassallo, 5-Matthew Ellul, 6-Karl Mohnani (13-Nikolai Micallef 46), 7-Mattia Veselji, 10-Andrea Zammit, 11-Aleandro Garzia, 17-Gianluca Sciberras (9-Jake Engerer 90), 18-Andy Borg, 20-Kurt Bondin – Coacsh: Ivan Woods
Referee: Marcel Birsan (Rumanija)
Skorers: A. Lowry 32 pen, K. Bowie 82 (S); A. Zammit 52 pen (M)
Ammoniti: M. Ellul, A. Garzia (M), L. Morrison (S)