Monday, May 13, 2024

Tweġġa’ gravi wara li ttajret minn karozza fin-Nadur

Aqra wkoll

Fi stqarrija dwar l-inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8.00pm, il-pulizija qalu li l-mara għandha 46 sena u hija residenti x-Xewkija.

Dan filwaqt li l-karozza Toyota Vitz kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti n-Nadur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ filgħaxija: Mara tittajjar waqt li kienet miexja fit-triq tan-Nadur Għawdex

Mara ta’ madwar 40 sena, kellha tidaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ttajret fi Triq ir-Rabat, liema triq twasslek mir-Rabat għan-Nadur.

Jirriżulta li għall-ħabta tat-8.00pm sewwieq li kien qed isuq karozza tal-għamla Toyota Vitz dahar lejn it-triq tan-Nadur u tajjar lil mara li kienet qiegħda miexja.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn wara li tawha l-assistenza medika ħaduha l-isptar.

Il-pulizija mill-Għassa tar-Rabat jinsabu fuq il-post u t-triq hija magħluqa għat-traffiku.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa, iżda jidher li mhix fil-periklu tal-mewt.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Sport