Wednesday, July 24, 2024

Under 21: Illum Malta tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Belarus

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena se jilgħab l-ewwel minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Belarus. Dawn iż-żewġ partiti se jservu ta’ preparazzjoni għal-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew bil-coach, Ivan Woods, li se jkun qed jevalwa sew aktar players ġodda.

Tliet players ġodda li ġew imsejħa huma Miguel Azzopardi u Leonardo Agius ta’ Zabbar St Patrick u Keyon Ewu­rum ta’ Valletta. Hu reġa’ sejjaħ ukoll lil Basil Tuma ta’ Reading FC u Jake Micallef ta’ Leixoes li huma bbażati barra minn Malta. 

S’issa, il-Maltin lagħbu sitt partiti minn Grupp B li fihom ma kisbu l-ebda punt kontra Spanja (0-6), Ungerija (0-3), Belġju (0-2, 1-3), Skozja (1-2) u Kazakhstan (0-2).

Min-naħa tagħhom, l-avversarji mill-Belarus jinsabu fi Grupp G flimkien mal-Portugall, il-Greċja, il-Kroazja, Faroe Islands u Andorra. S’issa huma kisbu sitt punti minn disa’ partiti wara li rreġistraw rebħa ta’ 1-0 kontra l-Greċja u tliet draws kontra Andorra (0-0 u 1-1) u l-istess Greċja (1-0).

Il-coach Woods qed jitlob konċentrazzjoni massima mill-players minħabba li qed iqis iż-żewġ partiti bħala  importanti hekk kif ikompli janalizza l-iżvilupp ta’ dawn il-players li prattikament huma l-futur tal-football Maltin. 

Wieħed ma jridx jinsa wkoll li ġejjin minn staġun twil u diffiċli u s-saħħa fiżika u mentali se jilagħbu parti vitali fost il-players tagħna.

Il-coach tal-Belarus huwa Sergej Yaromko li għandu 57 sena u li fi żmienu kien jilgħab bħala attakkant mat-team nazzjonali. Inċidentalment dan hu t-tieni perjodu fit-tmex­xija tat-team nazzjonali wara li kien għamel dan fl-istaġun 2019-2020. 

Iż-żewġ partiti se jintlagħbu fis-Centenary Stadium. Dik tal-lum tibda fis-7.00 pm filwaqt dik ta’ nhar is-Sibt li ġej tibda fis-6.00 pm. 

Ekonomija

Sport