Sunday, December 22, 2024

Under 21: Ivan Woods isejjaħ skwadra proviżorja ta’ 29 player

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Maltita’ taħt il-21 sena se jerġa’ jkun fl-azzjoni fit-tieqa internazzjonali ta’ Ġunju b’żewġ partiti ta’ ħbiberija f’darna kontra l-Belarus.

Iż-żewġ partiti se jkunu qed isiru f’temp ta’ tliet ijiem, bl-ewwel partita skedata għall-Erbgħa 5 ta’ Ġunju, segwita mit-tieni partita ta’ ħbiberija nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju.

Dawn il-partiti se jservu għat-tim bħala tħejjija qabel il-partiti ta’ Kwalifikazzjoni li jmiss li jibdew fl-aħħar tas-sajf, u hija wkoll opportunità perfetta għall-kowċ Ivan Woods biex jevalwa u jagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn il-membri tal-iskwadra tiegħu fl-għeluq ta’ staġun domestiku twil.

Din it-tieqa internazzjonali tipprovdi wkoll l-opportunità għal numru żgħir ta’ plajers ġodda f’din l-iskwadra biex jiksbu esperjenza internazzjonali, jitħarrġu mal-kumplament tal-iskwadra, u jiġġeneraw ħin ta’ logħob fil-livell internazzjonali jekk jissejħu waqt il-partiti.

B’kollox tliet plejers ġodda fl-iskwadra ntgħażlu t-Tnejn filgħodu mill-Kowċ ta’ Malta U21 Ivan Woods,

Miguel Azzopardi u Leonardo Agius li t-tnejn jilagħbu ma’ Zabbar St. Patrick, ukoll taw sehemhom għal staġun mill-aqwa għal Zabbar, li għenu lit-tim biex jikseb il-promozzjoni lura fl-ogħla livell.

Magħhom jingħaqad l-attakkant ta’ talent ta’ Valletta FC Keyon Ewurum li għad għandu 17-il sena iżda li qed jagħmel progress konsiderevoli u b’hekk ġie promoss f’dan il-livell tal-U21 għal dawn iż-żewġ logħob ta’ ħbiberija.

L-Iskwadra Proviżorja ta’ 29 player magħżula mill-Kowċ Ivan Woods hija din:-

Goalkeepers – Dylan Ciappara (Mosta), Matthias Debono (Naxxar Lions), Miguel Spiteri (Luqa St. Andrews), Hugo Sacco (Hibernians).

Difensuri – Matthew Ellul (Żabbar St. Patrick), Owen Spiteri (Floriana), Sven Xerri (Santa Lucia), Deacon Abela (Swieqi United), Jake Vassallo (Mosta), Miguel Azzopardi (Żabbar St. Patrick).), Jake Micallef (Leixoes).

Midfielders – Kurt Bondin (Żabbuġ Rangers), Andrew Borg (Gżira United), Matthew Debattista (Melita), Nathan Agius (Mosta), Daniel Letherby (Santa Lucia), Leonardo Agius (Zabbar St. Patrick), Gianluca Sciberras (Mosta), Alandron Garzia (Floriana), Kurt Briffa (Pieta’ Hotspurs), Karl Mohnani (Melita), Mattias Ellul (Santa Lucia), Nikolai Micallef (Naxxar Lions).

Attakkanti – Mattia Veselji (Floriana), Andrea Zammit (Birkirkara), Jake Engerer (Sliema Wanderers), Basil Tuma (Reading), Brooklyn Borg (Gzira United), Keyon Ewurum (Valletta).

Ekonomija

Sport