Meta bdiet tintlagħab it-tieni ġurnata tal-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew 2023, li qed issir fiż-żewġ pajjiżi ta’ Georgia u r-Rumanija, l-Ukrajna serqu x-xena meta għelbu proprju lir-Rumanija bl-iskor ta’ 1-0.
B’hekk huma għandhom punti massimi minn żewġ partiti … b’sieq ġewwa fil-kwarti-finali. Peró jekk fil-partita ta’ tard is-Sibt Spanja jegħlbu lill-Kroazja, huma u l-Ispanjoli jkunu kisbu l-kwalifikazzjoni.
L-uniku goal wasal minn auto-goal ta’ Victor Dican (90).
Fit-92 minuta, l-Ukreni kellhom lil Vladyslav Vanat imkeċċi.
Fi Grupp A, Georgia għamlu rimonta biex spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Belġju u baqgħu jżommu l-quċċata.
Il-goals tagħhom waslu minn doppjetta ta’ Giorgi Tsitaishvili (52, 87) wara li Maxim De Cuyper (15) u Largie Ramazani (38) taw vantaġġ doppju lill-Belġju.
Fil-logħba l-oħra, l-Olandu u l-Portugall spiċċaw 1-1. Andre Almeida (20) fetaħ l-iskor għall-Portugall iżda Brian Brobbey (78) kiseb id-draw għall-Olanda.