Union Berlin sar l-ewwel team li mpjega mara fil-coaching staff tat-team tal-irġiel tagħhom.
Huwa kiteb l-istorja billi ħatar l-ewwel mara bħala l-assistant coach il-ġdid tagħhom.
Il-club tal-Bundesliga Union Berlin ħatar lill-eks player, Marie-Louise Eta, biex taħdem flimkien mal-coach temporanju, Marco Grote, wara t-tkeċċija tal-eks manager Urs Fischer fil-jiem li għaddew.
Bħalissa t-team jinsab fil-qiegħ kemm tal-Bundesliga kif ukoll tal-grupp taċ-Champions League tagħhom … meta ma rebħux partita waħda mill-14-il ħarġa.
Huma spiċċaw ir-raba’ fil-kampjonat l-istaġun li għadda – l-ogħla pożizzjoni tagħhom li qatt kellhom fil-Bundesliga – iżda bidu mill-aktar negattiv f’dan l-istaġun ħallihom fil-qiegħ tal-klassifika.
Eta, 32 sena, ħadmet ma’ Grote bħala l-assistenta tiegħu fit-team ta’ Taħt id-19-il sena ta’ Berlin.