Sunday, May 5, 2024

Iċ-ċimiterju Nazzjonali tal-Annimali se jkun inawgurat matul is-sena li ġejja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul is-sena li ġejja, il-Gvern ser jilħaq mira oħra importanti f’dan is-settur, waħda li ilha mistennija għal diversi snin, u li hi wkoll miżura tal-manifest elettorali ta’ dan il-Gvern; Dik taċ-Ċimiterju Nazzjonali għall-Annimali. Ikkonfermat dan is-Segretarju għas-Sajd, l-Agrikoltura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said fid-diskors parlamentari tagħha waqt id-diskussjoni dwar l-estimi tal-budget allokati għas-sena li ġejja.

Bugeja Said qalet li dan huwa proġett għal qalbha ferm li fih l-gvern se jkun qiegħed jinvesti €50,000 biex l-annimali ġewwa pajjiżna jingħataw d-dinjità li jistħoqqilhom kif imutu. 

“Din l-inizjattiva hija opportunità biex is-sidien ta’ dawn l-annimali jagħtu l-aħħar tislima lill-ħbieb għeżież tagħhom, u jibqgħu jżommu l-memorja tagħhom f’qalbhom”, tenniet Bugeja Said.

Sport